xemx – One News

Notifiki

Żieda qawwija fil-ġenerazzjoni tal-elettriku mix-xemx

Is-sena li għaddiet il-konsum tal-elettriku żdied bi 12.5% meta mqabbel mal-2016. Fl-istess perjodu, il-ġenerazzjoni tal-elettriku żdiedet b’5.8%.

Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika juru li fl-2017, il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija nadifa, fil-biċċa l-kbira mill-pannelli tax-xemx żdiedet għal 6.5%. Fil-fatt aktar minn 94% tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn għejjun li jiġġeddu saret mill-pannelli ta-xemx.Aqra aktar

Baħar aktar sħun mis-soltu matul Lulju li għadda

Is-sajf Malti huwa sħun minnu nnifsu għalkemm it-temperaturi dejjem qed jisħnu aktar maż-żmien. It-temperatura tal-arja ta’ Lulju telgħet minn minimu ta’ 20.2˚C fil-bidu tax-xahar għal massimu ta’ 35.7˚C. Filwaqt li ħafna erħewlha lejn xi bajja biex jaħarbu ftit is-sħana, il-baħar ukoll kien aktar sħun mis-soltu, b’temperatura medja li kienet 0.9˚C ogħla min-norma klimatika ta’ 24.7˚C.

Aqra aktar

Jannar 2018 sħun iżjed mis-soltu

B’temperaturi kemxejn ogħla min-normal, Jannar tal-2018 ma nistgħux ingergru li ma kellux xemx.

B’kollox kellu ’l fuq minn sitt sigħat ta’ xemx aktar milli mistenni f’dan iż-żmien tas-sena bl-ogħla temperatura tkun ta’ 19.2 gradi celsius.

Aqra aktar

Is-sħana ma tħassarx festi

Il-fatt li fis-Sajf pajjiżna jintlaqat minn sħana kbira mhix xi ħaġa ġdida, madankollu din is-sena bosta nħasdu hekk kif it-temperaturi baqgħu jogħlew tant li jinħassu l-fuq mill-erbgħin grad celcius.  Fil-fatt il-mewġa ta’ sħana li bħalissa qed thedded lill-Ewropa kollha, ġiet  imlaqqma bl-isem ta’ “Luċifru”. 

It-temperaturi estremi qed iħallu bosta effetti madwar l-Ewropa fosthom bil-biża għan-nirien fil-foresti li qed tkompli tikber.  

It-tim ta’ One News żar il-Belt Valletta fejn bħalissa qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Duminku.  Wieħed mal-ewwel seta’ jinduna li s-sħana hawnhekk ma ħassritx festi, hekk kif bosta attendew bi ħġarhom għall-briju tal-marċ ta’ fil-għodu.  

Aqra aktar

Kemm suppost kellek brejk jekk ħdimt barra llum? – aqra hawn

Kwarta xogħol u tliet kwarti brejk.

Hekk issostni li għandu jkun il-ħin tax-xogħol fuq barra l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan fl-agħar ħinijiet tax-xemx f’dawn iż-żminijiet fejn it-temperaturi jibdew jilħqu livelli rekord.

Emfasi partikolari ssir għal siti tal-kostruzzjoni fejn li wieħed japplika l-krema protettiva u jilbes xi beritta jaf ma jkunx biżżejjed.

Aqra aktar

Kemm fadlilha din is-sħana qawwija? – aqra hawn

Is-sħana qawwija li qed taffetwana bħalissa mistennija żżid, dan hekk kif għada mistennija tkun l-agħar ġurnata t’Awwissu hekk kif il-massa ta’ arja sħuna li bħalissa tinsab fuq iċ-ċentru tal-Mediterran mistennija tersaq iktar viċin ta’ Malta. Dan skont rapport dettaljat fuq FirstMalta.

L-aħħar previżjonijiet tat-temp qed jindikaw li t-temperatura għada se tilħaq it-38C u minħabba kundizzjonijiet atmosferiċi, li jinkludu l-umdità, t-temperaturi se jinħassu sa’ 42C. Mal-lejl it-temperatura mistennija tinżel għal 25C.

Aqra aktar

Għall-erwieħ!

Qed tħoss li l-arja inbidlet ftit? Infatti hekk hu! Skont is-sit elettorniku Firstmalta.com, jista’ jkun li jkollna anke xi ftit xita bejn għada u nhar it-Tnejn!

Għal min ħaseb li jista’ joħroġ l-umbrella, però, sejjer żball, għax mistennija tinżel vera ftit, jew traxxax ħarira.

Li hu żgur hu li  t-temperaturi mistennija jinżlu viċin il-medja staġjonali wara li arja friska minn fuq l-Ewropa mistennija tinżel lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.

Send this to a friend