Xarabank – One News

Notifiki

Xufier jagħti n-nar lil xarabank bi tfal tal-iskola abbord fl-Italja

Xufier ta’ xarabank tal-iskola jagħti n-nar il-vettura mimlija bit-tfal tal-iskola fl-Italja. Ir-raġel, li għandu 47 sena u huwa mis-Senegal, ħataf ix-xarabank li kien qed isuq u taha n-nar viċin Milan, bi protest.

Fix-xarabank kien hemm 51 tifel u tifla tal-iskola, u xi għalliema, uħud minnhom marbuta. Dawn kollha ġew salvati u hu mifhum li ma ġarrbux ġrieħi serji, għalkemm madwar 14 minnhom kellhom jingħataw kura għall-ammont ta’ dħaħen li belgħu. Aqra aktar

ARA: Godfrey Leone Ganado jerġa’ jiftaħ il-kanuni fuq it-tfal tal-PM

L-artikolist tal-Partit Nazzjonalista Godfrey Leone Ganado uża l-istazzjon tar-radju tal-Knisja biex reġa għajjar lit-tfal tal-Prim Ministru talli esprimew l-inkwiet li għaddew minnu tul l-allegazzjonijiet tal-Egrant, li mbagħad irriżultaw li ma kienu xejn ħlief gidba mibnija fuq dokumenti ffalsifikati.

Fil-programm Xarabank fil-jiem ta’ qabel il-Milied it-tfal tal-Prim Ministru ġew mistoqsija fuq kif għexu dak iż-żmien meta kienu jbeżżawhom li ommhom u missierhom kellhom jispiċċaw il-ħabs.Aqra aktar

Send this to a friend