xaghra – One News

Notifiki

ARA: Dan il-Gvern wiegħed il-mina darba u se jagħmilha – JM

“Wiegħdna l-mina darba u se nagħmluha”.

Hekk sostna l-Prim Ministru waqt attività politika fix-Xagħra fejn irrimarka li ħaddieħor wiegħda għal darba, darbtejn u vvota mal-Gvern fil-Parlament iżda issa reġa’ bdielu.

Fix-Xagħra l-Prim Ministru semma wkoll li l-miżbla tal-Qortin se tinbidel f’park għall-familja, l-ikbar tax-xorta tiegħu fil-gżira tat-tliet għoljiet.

Aqra aktar

Tnedija tal-Festival tat-Tin fix-Xagħra

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex huwa promotur u sponsor ewlieni ta’ din l-attività organizzata mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra. Hija tkellmet dwar kif hija missjoni tal-Ministeru għal Għawdex li jippromwovi lil Għawdex b’diversi modi bħala prodott distint u uniku permezz ta’ attivitajiet simili. Fil-fatt, matul dawn l-aħħar xhur saru diversi attivitajiet tematiċi li wasslu għal tkabbir ekonomiku u żieda fin-numru ta’ turisti. Il-Ministru Justyne Caruana qalet li għaddejja ħidma kbira mill-Ministeru għal Għawdex biex il-prodott agrikolu u gastronomiku Għawdxi wkoll jiġi promoss biex jagħti valur miżjud lil Għawdex.

Aqra aktar

ARA: Il-programm tal-festival internazzjonali tan-nar illejla f’Għawdex

Il-lejla jitla’ s-separju tal-festival internazzjonali tan-nar fix-Xagħra f’Għawdex.

Il-fabbriki li qed jipparteċipaw huma dawn:

  • Fabbrika tan-nar San Nikola, Siġġiewi
  • Għaqda tan-nar 15 ta’ Awwissu, Mosta
  • Għaqda tan-nar 25 ta’ Novembru, Żejtun
  • Fabbrika tan-nar San Sebastjan, Ħal Qormi
  • Kumpless tan-nar Santa Marija, Mġarr
  • Phoenix Fireworks Ltd. mill-Ingilterra
  • Rozzi Fireworks mill-Amerka
  • u Santa Katarina, Żurrieq.

Il-festival jibda fis-7.30pm.

Send this to a friend