World Cup | One News

Notifiki

Aspettazzjonijiet diversi għat-Tazza tad-Dinja

Bħalissa it-Tazza tad-Dinja tinsab f’fomm kulħadd hekk kif l-aspettazzjonijiet tal-Maltin għal din il-kompetizzjoni huma kbar. Crew ta’ ONE News żar il-pjazza ta’ Raħal Ġdid u hekk kif bħalissa d-dinja mistennija tieqaf għal xahar staqsejna lin-nies jekk humiex se jsegwu l-logħob u dwar it-timijiet favoriti tagħhom.Aqra aktar

Ħerqa kbira fost id-dilettanti Maltin għat-tazza tad-dinja

 

It-Tazza tad-Dinja tinsab magħna u kulma jmur id-deni fost il-partitarji għal din l-akbar kompetizzjoni tal-futbol fid-dinja qiegħed dejjem jiżdied.  Dan jista’ jingħad ukoll għal Malta hekk kif Crew ta’ ONE NEWS mar jiltaqa’ mad-dilettanti tat-Tazza tad-Dinja li rħewla sa Triq il-Merkanti sabiex ipartu l-kupuni ħalli jkunu jistgħu jagħqdu l-album.

Tkellimna ma’ Domenic Anastasi li kien il-moħħ wara din l-inizjattiva li ilha ssir f’Malta għal dawn l-aħħar 30 sena:

Jiena peress li dilettant tal-futbol missieri bin-negozju konna 5 subien u għedt mhux posti u bdejt nipprova nsib xi haga u minn dejjem kont dilettant tal-futbol dejjem nibgħat l’hemm u l’hawn u minn hemm bdiet l-istorja.

Is-Sur Anastasi qal li ta’ kuljum jiġu diversi nies madanakollu, l-aktar li jkunu mħabbtin huwa fi tmiem il-ġimgħa hekk kif Triq il-Merkanti tkun maħnuqa b’mijiet ta’ persuni fosthom anke politiċi u turisti li jkun għal btala f’Malta:

L-iktar li jiġu huwa s-sibt ikun hawn mijiet- kuljum dejjem ikun hawn filghodu dawk it-30/40 ruħ.  Din ilha sejra xi 30 sena li jiġu hawn u jpartu sar post magħruf bħala tal-kupuni.  Barranin tal-cruiseliners jigu icemplu l familji u joqodu jpartu- qas jarraw il-pajjiz biex joqgħodu jpartu.

Minkejja li t-tradizzjoni ilha ssir tul dawn is-snin kollha, illum il-ġurnata, t-tpartit tal-uċuh tal-players tal-futbol qiegħed isir ukoll online permezz ta’ diversi gruppi fuq il-media soċjali.

Imut Azeglio Vicini, eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan

Miet Azeglio Vicini; il-kowċ magħruf li ta l-hekk imsejħa żminijiet sbieħ  lill-partitarji Taljani. Huwa miet fl-età ta’ 84 sena.

Vicini mexxa t-tim nazzjonali mill-1986 sa l-1991, u mexxihom ukoll għall-istadji tas-semi-finali tal-Kampjonati Ewropej tal-1988 kif ukoll fit-Tazza tad-Dinja ta’ l-1990 – li saret fl-Italja.

Vicini miet it-Tlieta bil-lejl fid-dar tiegħu f’B Brescia, skond rapporti fl-Italja.

It-Trofew Oriġinali tat-Tazza Dinjija f’ Malta

Fl-10 ta’ Frar se jasal f’pajjiżna t-Trofew oriġinali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA u ser jagħti l-opportunita’ lill-partitarji tal-futbol f’Malta li jaraw mill-vicin l-iktar trofew prestiggjuz fid-dinja tal-futbol.

It-Trofew se jkun f’Malta għal ġurnata waħda biss u ser isir avveniment esklussiv fis-Suq tal-Belt, il-Belt Valletta.

Matul din il-ġurnata ser ikun hemm preżenti ukoll pleyer leggendarju tal-FIFA, li ser ikun qed jiltaqgha man-nies waqt li dawn jiehdu ritratt mat-tazza tad-dinja.

 

“Se niġġieldu kontra l-ġgant Gulija!”

Qabel il-logħba tant mistennija għada bejn Malta u l-Ingilterra, morna l-Belt Valletta u staqsejna lil min sibna ma min se jżommu u x’jaħsbu mil-logħba.

Kien f’San Pietruburgu li telgħu l-poloz tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. F’Malta se jsiru żewġ logħbiet, waħda għada u oħra fl-ewwel jum ta’ Settembru tas-sena d-dieħla. Malta u l-Ingilterra telgħu fi Grupp F flimkien mal-Isklovakkja, l-Iskozja, l-Islovenja u l-Litwanja.

Kif mistenni dawk li tkellimna magħhom kienu konxji li se nissieltu kontra ġganti, iżda lkoll qalu li se jżommu ma’ Malta.

Aqra aktar

Ir-referee Clattenburg penġihom!

Mhux xi ħaġa daqstant komuni li naraw. Iżda l-Ingliż Clattenburg ħass li kellu jagħmilha. Penġa fuq idu it-tazza tac-Champions League u l-emblema tal-Euro 2016, iżda mhux għax rebaħhom.

Waqt li kien qiegħed fi Spanja għal btala, ir-referee ta’ fama internazzjonali Mark Clattenburg iddeċieda li fuq idu jpenġi dawn iż-żewġ ikoni tal-futbol Ewropew għaliex kien hu li rrefja l-finali ta’ dawn ż-żewġ kompetizzjonijiet Ewropej fl-2016 u b’hekk ħass li kellu jżomm rekordju fuq ġismu ta’ dawn iż-żewġ avvenimenti.

Aqra aktar

Se nkun Alla ta’ Manchester

Eric Cantona laqa’ lil Zlatan Ibrahimovic f’Old Trafford, iżda għamilha ċara li r-re ta’ Manchester se jibqa’ hu. Miegħu qabel l-istess Ibrahimovic għax f’dikjarazzjoni tipika minn tiegħu qal: “Nammira lil Cantona u smajt x’qal. Iżda, jien mhux se nkun ir-re ta’ Manchester, jien se nkun Alla ta’ Manchester!

Aqra aktar

Send this to a friend