wirt artna – One News

Notifiki

Iffirmati sitt Atti ta’ Kurazija għat-tmexxija ta’ 11-il sit storiku f’Malta

Illum il-Gvern Malti daħal f’6 Atti ta’ Kurazija mal-Fondazzjoni Wirt Artna għat-tmexxija ta’ ħdax-il sit storiku. L-għan ewlieni hu li dawn is-siti storiċi jiġu mmaniġjati, imħarsa u konservati bl-aħjar mod possibli minflok jitħallew mingħajr użu.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici kiseb ukoll il-parir favorevoli tal-Kumitat ta’ Garanzija sabiex fil-kuntratti jiġu inklużi kundizzjonijiet dwar miżuri protettivi li jħarsu l-proprjetà storika, pjan ta’ konservazzjoni u mmaniġjar, pjan ta’ finanzjament kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li jkun hemm bżonn biex jitwettaq dan il-pjan.
Aqra aktar

Send this to a friend