wied il-għajn | One News

Notifiki

Jibda llum ix-xogħol fuq il-grawnd ta’ Wied il-Għajn

Se jkun qed jibda llum x-xogħol infrastruttura­li fuq il-grawnd tal-futbol ġdid f’Wied il-Għajn.

Fl-aħħar xhur kienu għaddejjin it-tħejjijiet biex fl-aħħar din il-komunità li qed tikber u li għad­ha żagħżugħa jkollha l-faċilitajiet li ħafna rħula oħra għandhom. Fost oħrajn mhux biss saru l-pjanti iżda ħarġu wkoll is-sejħiet għall-offerti u nkisbu l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-ħidma fuq is-sit b’mod estensiv se tirranka fil-jiem li ġejjin.

Aqra aktar

NIRIEN: Avviż mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

B’rabta man-nirien li ħakmu l-impjant ta’ Sant’Antnin, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jappella lir-residenti tal-inħawi biex jgħalqu l-bibien u t-twieqi ta’ djarhom għax id-duħħan jista’ jkun tossiku.

Jekk id-duħħan xorta jippenetra fi djarhom permezz tal-ventilazzjoni, r-residenti huma mħeġġa sabiex joħorġu minn djarhom.

Dan l-avviż jestendi sa xħin jintfew in-nirien.

Ritratt: Neil Azzopardi Ferriggi / Gabriel Cassar

AĠĠORNAT 3: NIRIEN FL-IMPJANT TA’ SANT’ANTNIN

16:30: Is-sezzjoni tal-Emergency Fire & Rescue qed jgħinu fil-ħidma sabiex in-nirien jiġu kkontrollati.

Membri oħra mill-istess sezzjoni jinsabu lesti fl-istess żona flimkien ma’ ambulanza tas-sezzjoni f’każ ikun hemm bżonn ta’ assistenza medika li jaf jiġu bżonn persuni li huma esposti għas-sħana u d-duħħan ikkawżati min-nirien.

Apparti minn hekk membri tal-istess sezzjoni jinsabu stazzjonati fl-istazzjon ta’ Kordin f’każ li jinqala’ każ fin-Nofsinhar ta’ Malta.

Ritratt: EFRU

16:13: Persuni minn fuq il-post ikkonfermawlna li ħadd ma weġġa’ waqt dan l-inċident.

16:11: Fuq il-post bħalissa hemm iċ-Chairman tal-Enemalta, Frederick Azzopardi flimkien mal-ħaddiema tal-Enemalta fejn bdew jisskonnettjaw il-wires tal-elettriku miċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni li hemm fil-viċin.

Huma se jkunu qed jippruvaw iħaddmu dan iċ-Ċentru bl-inqas elettriku possiblbli, dan sabiex il-pubbliku xorta waħda jinqeda mill-aħjar possibbli.

15:45: In-nirien għadhom ma ġewx ikkontrollati fil-waqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili għadhom għaddejjin bil-ħidma sabiex iwaqqfu n-nirien hekk kif hemm bżonn għadd ta’ bowsers tal-ilma biex jintfew in-nirien.

Fuq il-post hemm il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera.

Aqra aktar

Intgħażlet iż-żona għal pixxina f’Marsaskala

Intagħżlet iż-żona fejn se ssir il-pixxina f’Marsaskala, li se tkun qed issir max-xatt.  F’konferenza tal-aħbarijiet il-Perit tal-proġett, Janice Borg, spjegat li ż-żona ntgħażlet wara li saru numru ta’ studji li ddetterminaw li din hija l-aħjar żona biex fiha ssir il-pixxina.

Aqra aktar

JITTELLA’ KATAVRU TA’ RAĠEL MILL-BAĦAR F’WIED IL-GĦAJN

one.com.mt huwa infurmat li l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit flimkien mal-Forżi Armati ta’ Malta tellgħu katavru ta’ raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, mill-bajja tal-Fajtata, Wied il-Għajn.

Fuq il-blat kien hemm id-demm u l-mobajl tar-raġel filwaqt li fuqu kellu mazz ċwievet.
Aqra aktar

Lejn il-bini ta’ grawnd tal-futbol f’Wied il-Għajn

L-Awtorità tal-ippjanar tat il-permess sabiex f’Marsascala jibda l-bini tal-grawnd tal-futbol u tal-klabb.

Aħbar li l-komunità ta’ Marsascala kienet ilha tistenna s-snin.

Il-proġett se jsir f’sit li bħalissa qed jintuża bħala żona rikreattiva. Fost il-faċilitajiet il-proġett se jkollu ħanut tal-klabb, ristorant, kċina, klinika, kmamar fejn ibiddlu, ġibjun, maħżen u faċilitajiet sanitarji. Dan kollu se jsir fuq medda art ta’ 6,000 metru kwadru.

Aqra aktar

Send this to a friend