white house | One News

Notifiki

Titlef xogħolha wara ġlieda ma’ Melania Trump

Id-Deputat Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali fil-White House, Mira Ricardel, kienet sfurzata tħalli l-kariga tagħha wara argument jaħraq ma’ Melania Trump.

Kelliema għall-White House qalu li din se tingħata rwol kompletament ġdid fl-amministrazzjoni Trump, hekk kif skont huma, ma ħaqqhiex l-unur li sservi f’dar il-President.

Jidher li l-argument seħħ waqt żjara uffiċjali fl-Afrika f’Ottubru.

Trump bi kliem xejn sabiħ fil-konfront ta’ nazzjonijiet Afrikani

L-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-pajjiżi Afrikani talbet lil-President tal-Istati Uniti Donald Trump jiskuża ruħu wara li allegatament sejjaħ nazzjonijiet fil-kontinent Afrikan: “shitholes“.


Il-grupp f’Washington DC esprima “xokk, dispjaċir u rabja” u qal li l-amministrazzjoni Trump ma fehemietx lill-Afrikani.


Il-mexxej tal-Istati Uniti għamel l-allegat kumment f’laqgħa tal-Ħamis dwar l-immigrazzjoni iżda Trump ċaħad li uża l-lingwa rrapportata.


Huwa kien appoġġjat minn żewġ Repubblikani li kienu fil-laqgħa tal-White House, iżda s-Senatur Demokratiku Dick Durbin qal li Trump sejjaħ verament pajjiżi Afrikani “shitholes” bosta drabi u uża lingwa razzista.


Nhar il-Ġimgħa, Trump fi tweet qal li l-lingwa li huwa uża fil-laqgħa privata mal-leġislaturi biex jiddiskutu l-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni kien “iebsa”. Imma żied jgħid li l-kliem attribwiti lilu ma kinux “il-lingwa użata”.

Ippubblikat ktieb b’allegazzjonijiet dwar Trump

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ktieb li nħareġ u li jitkellem fuq allegazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tiegħu huwa mimli gideb. Fost l-allegazzjonijiet f’ dan il-ktieb hemm li t-tifel tat-Trump kien preżenti għal-laqgħa mar-Russi. Hawn ġie kkwotat Steve Bannon l-eks-uffiċjal f’ din l-amministrazzjoni li ddeskriva din il-laqgħa bħala tradiment għal pajjiż.

VOĊIFERU: l-Avukat Ġenerali ġdid tal-Istati Uniti fuq l-immigrazzjoni llegali

Hu u jieħu l-ġurament tal-ħatra fil-White House, l-Avukat Ġenerali ġdida tal-Istati Uniti Jeff Sessions qal li l-Amerka għandha twaqqaf darba għal dejjem l-immigrazzjoni illegali.

“Hemm bżonn intemmu din is-sitwazzjoni kontra l-liġi, li thedded is-sigurtà pubblika u tnaqqas il-pagi tal-Amerikani li jaħdmu” qal Sessions. Il-President Trump iddeskrivih bħala Avukat Ġenerali li se jkun protettur tajjeb tal-poplu kollu, minkejja kontroversja dwar fejn jidħlu dirttijiet ċivili. Sessions sostna li hemm bżonn sistema legali ta’ migrazzjoni.

Sparatura viċin il-White House

Paniku viċin il-White House wara li raġel deher armat u uffiċjal tas-servizz sigriet sparalu u kkawżalu diversi ġrieħi. Uffiċjali tal-pulizija qalu li r-raġel resaq lejn il-grada tas-sisgurtà u sparawlu wara li ntalab iniżżel l-arma li kellu u rrifjuta.

Aqra aktar

Send this to a friend