westminster – Page 2 – One News

Notifiki

Il-Pulizija tarresta raġel f’Westminster “b’baskett mimli skieken”

Il-Pulizija arrestat raġel f’Westminster wara li ngħad li kien qed iġorr “baskett mimli skieken”, dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu seħħ it-terrur fl-istess post fejn mietu ħames persuni.

Pulizija armati marru mmedjatament fuq il-post fejn arrestaw persuna. Scotland Yard sostnew li ebda persuna ma sfat feruta.

Għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni għalfejn din il-persuna kienet qed iġġorr dawn is-skieken.

Aqra aktar

Il-moħħ wara l-attakk f’Westminster ipprova jfittex l-għajnuna

It-terrorist li qatel erba’ persuni innoċenti waqt l-attakk li ħejja f’Westminster kien ilu għal żmien twil “ifittex biex joqtol lil xi ħadd” u għal dan il-bżonn li ħass, fittex l-għajnuna professjoni biex iwaqqaf dawn is-sejħiet li kellu, dan skont ħabib qrib tiegħu li sostna dan mal-midja barranija.

Dawk kollha li kienu jafu lil Khalid Masood, il-qattiel, magħruf ukoll bħala Adrian Russell Ajao u Adrian Elms, qalu li kien persuna li kellu karattru “problematiku” li taqbiżlu malajr.

Aqra aktar

Il-qattiel f’Westminster kien fuq WhatsApp ŻEWĠ MINUTI qabel l-istraġi

Il-komunikazzjoni online tat-terrorist ta’ Westminster issa hija ċ-ċentru tal-investigazzjni, b’rabta mal-attakk terroristiku li seħħ nhar l-Erbgħa.

Aktarx li t-terrorist Khalid Massood kien qed jaġixxi fuq istruzzjonijiet ta’ ħaddieħor. Kien għadu attiv fuq WhatsApp fis-14:37 nhar l-Erbgħa, madwar żewġ minuti qabel baqa’ dieħel fuq in-nies u wettaq atroċitajiet.

Aqra aktar

Kien se jsaqsiha biex tiżżewġu… spiċċat f’nofs attakk terroristiku

Londra, il-belt li tiġbed numru kbir ta’ turisti għal raġunijiet differenti, fosthom li għarus jipproponi lill-għarusa tiegħu bix-xeni mill-isbaħ ta’ Londra fl-isfond. Iżda dan il-pjan ma spiċċax tajjeb wisq għal tfajla mir-Rumanija li l-Erbgħa waqgħet fix-xmara Thames fil-mument li twettaq attakk terroristiku. Is-sieħeb tagħha kellu l-pjan li jipproponielha propju matul il-ġurnata tal-Erbgħa iżda minflok spiċċat tiġġieled għal ħajjitha wara dan l-attakk, li ħalla erba’ persuni mejta.

Aqra aktar

Joħroġ “l-aħħar” ritratt tal-Pulizija li miet fl-attakk ta’ Westminster

“L-aħħar” ritratt tal-Pulizija, Keith Palmer, li nqatel waqt l-attakk terroristiku f’Westminster ftit tal-jiem ilu issa ħareġ fil-beraħ.

Ir-ritratt ittieħed minn turista Amerikana bl-isem ta’ Staci Martin wara li ppożat mal-Pulizija 45 minuta qabel ma qala’ daqqa ta’ sikkina mill-aggressur Khalid Masood barra l-Parlament f’Londra. Aqra aktar

SEBA’ ARRESTATI wara l-attakk f’Londra

Seba’ persuni kienu arrestati wara l-attakki f’Westminster. Mijiet ta’ uffiċjali ħadmu tul il-lejl, iwettqu tfittxijiet f’sitt inidirizzi.

Dawk li mietu kienu mara li kellha madwar erbgħin sena, raġel  li kellu madwar ħamsin sena, il-Pulizija Keith Palmer u l-aggressur.

Seba’ minn dawk il-midruba għadhom f’kundizzjoni kritika u 29 kellhom u għad għandhom bżonn il-kura.

Intant il-Minsitru għall-Affarijiet Barranin Tobias Ellwood, li jidher fir-ritratt, qed jissejjaħ eroj, wara ritratti li ħarġu tiegħu jagħti l-ewwel għajnuna lill-Pulizija Keith Palmer, wieħed minn dawk li mietu waqt l-attakk f’Londra. PC Palmer kien attakkat b’daqqiet ta’ sikkina mill-aggressur, li spiċċa miet b’tiri sparati minn Pulizija oħra.

Ellwood, mill-kamp tal-konservattivi u eks uffiċjal fl-armata, tah l-ewwel għajnuna u saħansitra tah in-nifs.

Ħu Ellwood inzerta miet f’attakk terroristiku li kien seħħ f’Bali fl-2002. Kien biss wieħed minn ħafna li marru biex jgħinu lil dawk midurba u lil dawk li spiċċaw tilfu ħajjithom.

Send this to a friend