westminster | One News

Notifiki

Tentattiv ieħor biex l-abbozz Brexit jgħaddi minn Westminster

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qed tfittex l-aħjar pass ‘il quddiem biex tmexxi l-proċess Brexit. Dan wara li għat-tielet darba, il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-abbozz li fasslet dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Kelliema għall-Gvern Ingliż żvelaw lill-midja Ingliża li Theresa May xorta bi ħsiebha tipprova tgħaddi l-abbozz minn Westminster. Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvutaw nhar it-Tnejn li ġej, fosthom biex titwaqqaf unjin tad-dwana. Minkejja dan, persuni li jappoġġjaw Brexit qed iħeġġu lill-Prim Ministru Ingliż biex ma tagħmilx dan.

May għandha sat-12 ta’ April li ġej biex tikseb estensjoni għall-perjodu tal-ħruġ biex ikun evitat Brexit mingħajr ftehim.

Jieqfu d-diskussjonijiet dwar Brexit jum qabel vot f’Westminster dwar l-abbozz tat-tluq

Diskussjonijiet dwar Brexit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom ma komplewx, skont l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż f’Downing Street, minkejja li baqa jum biss biex jittieħed vot fil-Parlament Ingliż dwar l-abbozz tat-tluq.

Il-Prim Ministru Theresa May tkellmet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker il-Ħadd filgħaxija wara li jiem ta’ diskussjoni bejn iż-żewġ partijiet ma wasslu għall-ebda soluzzjoni. Dawn id-diskussjonijiet mistennija jkomplu t-Tnejn bil-ħsieb li jkunu ffinalizzati t-tibdiliet meħtieġa qabel il-vot tat-Tlieta f’Westminster.

Ir-Renju Unit mistenni jitlaq b’mod uffiċjali mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ dan ix-xahar.

Issa, kif inhi l-burdata f’Westminster?

Ministri tal-Gvern Ingliż inqaflu għal sigħat sħaħ f’Downing Street ilbieraħ qabel mal-Prim Minsitru Theresa May ħabbret li se jappoġġjaw l-abbozz tagħha dwar Brexit. Abbozz ta’ 585 paġna.

Il-Prim Ministru Ingliż indirizzat lill-midja waħedha, waqt li membri oħra tal-gvern baqgħu ġewwa. Aqra aktar

“Miet f’idejja, għalaqtlu għajnejh, u tlabtu skuża”

Membru Parlamentari Ingliż li pprova jsalva lill-Pulizija Keith Palmer waqt l-attakk terroristiku f’Westminster is-sena li għaddiet spjega kif kien hu li għalaq għajnejn il-vittma wara li miet f’idejh. Il-Pulizija Keith Palmer miet wara li qala’ daqqa ta’ arma li taqta’ u bil-ponta mill-aggressur Khalid Masood barra l-Parlament Ingliż f’attakk li wettaq fil-25 ta’ Marzu 2017.Aqra aktar

Il-Pulizija tarresta raġel f’Westminster “b’baskett mimli skieken”

Il-Pulizija arrestat raġel f’Westminster wara li ngħad li kien qed iġorr “baskett mimli skieken”, dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu seħħ it-terrur fl-istess post fejn mietu ħames persuni.

Pulizija armati marru mmedjatament fuq il-post fejn arrestaw persuna. Scotland Yard sostnew li ebda persuna ma sfat feruta.

Għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni għalfejn din il-persuna kienet qed iġġorr dawn is-skieken.

Aqra aktar

Send this to a friend