wegga – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Aġir f’waqtu jsalva raġel li waqa’ fuq il-ħġieġ f’Ħad-Dingli

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma tim mediku mill-isptar Mater Dei u l-Forzi Armati ta’ Malta ġew imsejħa f’Ħad-Dingli wara li anzjan ta’ 62 sena ġarrab xi ġrieħi wara li ħassu ħażin u waqa fuq xi ħġieġ li kellu fil-għalqa tiegħu. Sorsi qrib one.com.mt qalulna li r-raġel instab mitluf minn sensih b’ferita kbira f’idu f’għalqa li hija meqjusa bħala wieħed mill-aktar postijiet inaċċessibbli fil-gżejjer Maltin. L-istess sorsi qalulna li dawk li sabu lir-raġel tawh l-ewwel għajnuna sakemm waslu l-ħaddiema tal-emerġenza. Aġir li kien strumentali sabiex isalva r-raġel. Aqra aktar

Raġel iweġġa’ gravi f’residenza Marsaskala

Raġel ta’ 66 sena residenti Marsaskala qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum. Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħolijiet fuq bejt ta’ residenza fi Triq l-Ikħal, Marsaskala. Dan kien it-tieni inċident li jinvolvi sellum tul il-ġurnata tal-Ħamis.

Aqra aktar

Send this to a friend