waqa – One News

Notifiki

Ħaddiem isofri ġrieħi gravi wara waqgħa ta’ żewġ sulari

Ħaddiem ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ żewġ sulari għoli waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni fil-Belt Valletta.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-19:00 ta’ filgħaxija meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assitenza tagħhom fuq cruise liner ġewwa l-Port il-Kbir, il-Belt Valletta.

Aqra aktar

Mara ssofri ġrieħi serji wara waqgħa

 

Illum, għall-ħabta tal-ħamsa u għoxrin, il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li mara kienet sofriet xi ġrieħi wara li waqgħet ġewwa residenza privata li tinsab fi Triq Ċensu Muskat, in-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar  meta l-mara li għandha 62 sena, residenti in-Naxxar stess għal xi raġuni waqgħet it-taraġ u weġġgħet.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi sejri.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

Send this to a friend