voti | One News

Notifiki

Imqassma 71% tad-dokumenti tal-vot

Dan tmiem il-ġimgħa se jkun l-aħħar ċans li matulu l-pubbliku se jkun jista’ jirċievi f’daru d-dokument tal-vot għall-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju li ġej.

It-tqassim tal-voti bieb bieb mill-Pulizija jieqaf għada l-Ħadd u l-ġimgħa ta’ wara tibda fażi oħra fejn id-dokumenti tal-vot ikunu jistgħu jinġabru mill-għasses tal-pulizija.

Aqra aktar

ARA: Is-sala l-ġdida tal-għadd tal-voti – Il-voti se jingħaddu kollha b’mod elettroniku

Mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej, l-għadd tal-voti mhux se jibqa’ jsir bl-idejn, iżda l-poloz tal-voti se jibdew jingħaddu b’mod elettroniku u awtomatiku.

Dan tħabbar mill-Kap tal-Kummissjoni Elettorali, Joseph Church f’konferenza tal-aħbarijiet miċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. Din is-sistema mistennija tkun aktar affidabbli mis-sistema l-antika hekk kif il-voti se jingħaddu mingħajr żbalji, b’mod aktar effiċjenti, trasparenti u ferm aktar veloċi minn qatt qabel.Aqra aktar

L-GĦADD TAL-VOTI ONLINE MILL-2019

L-għadd tal-voti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli lokali fl-elfejn u dsatax ser isir b’mod elettroniku.

Dettalji dwar dan il-proċess ingħata mill-Kummissjoni Elettorali waqt il-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġijiet.

Aqra aktar

Illum id-Delegati jivvotaw għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista

Ilbieraħ filgħaxija, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista sar l-għadd tal-voti għall-kariga tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament.

Votazzjoni li matula ebda kandidat ma ġab il-50% u vot u għalhekk it-tellieqa se tkompli llum din id-darba bejn żewġ kandidati: Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.

Aqra aktar

1,717 Malti ġew minn barra biex jivvutaw

Bħal ma jiġri f’kull elezzjoni, l-Airmalta offriet rati sussidjati biex il-Maltin li jgħixu barra ġew Malta jeżerċitaw id-dritt tal-vot fit-tlieta ta’ Ġunju.

B’kollox kienu elf, sebgħa mija u sbatax-il votanti li użaw din l-opportunita, b’uħud minnhom ġabu l-familjari magħhom ukoll.

Aqra aktar

TMIEN REBĦIET KBAR GĦAL MUSCAT

• KELMA LI ŻAMM ANKE F’TERMINI ELETTORALI

• KIEN WIEGĦED LI MA JKUNX HEMM RAPPORT TAT-TELFA

Il-Prim Ministru Joseph Muscat żamm kelmtu mad-delegati tal-Partit Laburista anke f ’termini elettorali. Meta f ’Ġunju 2008 nħatar mexxej tal-Partit Laburista kien qal, f ’wieħed mill-ewwel diskorsi tiegħu, li ried li taħt it-tmexxija tiegħu ma jkunx hemm rapport tat-telfa ieħor.

U sal-lum hekk kien. L-ewwel elezzjoni li fiha l-Partit Laburista mar taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat kienet dik tal-Parlament Ewropew fl-2009 fejn il-Partit Laburista kiseb 54.7% kontra l-40.5% tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-istess sena kien hemm l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali bir-riżultat ikun prattikament l-istess; 54.5% għall-Partit Laburista u 44.2% għall-Partit Nazzjonalista. Din kienet elezzjoni li rat lil Joseph Muscat jiffaċċ- ja lil Lawrence Gonzi sena wara li Gonzi rebaħ l-elezzjoni ġenerali b’madwar 1,500 vot maġġoranza.

Faċilment ir-riżultat kien interpretat bħala vot ta’ protesta fil-Partit Nazzjonalista iżda donnu kien iktar minn hekk. Kien l-ewwel sinjal li madwar il-Partit Laburista Joseph Muscat kien qed jibni moviment. Moviment ta’ progressivi u moderati. Moviment li r-riżultat li ġew wara bdew juru li hu konsistenti fis-saħħa tiegħu fost il-poplu Malti u Għawdxi.

Fl-2012 reġa’ kien hemm l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Il-Partit Laburista kiseb 55.6% tal-voti kontra l-41.8% tal-Partit Nazzjonalista. Kien hemm imbagħad l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Hawn inkisbet rebħa elettorali bl-ikbar distakk elettorali mill-Indipendenza ’l quddiem. Il-Partit Laburista kiseb 54.8% tal-voti kontra t-43.3% tal-voti.

Vantaġġ ta’ iktar minn 11% li lanqas dawk li kienu meqjusa ġganti fit-tmexxija tal-partiti ma kisbu. Ma’ dik l-elezzjoni kien hemm ukoll l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fejn il-Partit Laburista kiseb 56.6% u l-Partit Nazzjonalista 42.3%. Sal-lum kien ċar li l-poplu kien qed jafda lil Joseph Muscat u l-proġett tiegħu. Proġett ta’ Malta Tagħna Lkoll.

Naturalment f ’kull analiżi li saret kien analizzat ukoll il-Partit Nazzjonalista u n-nuqqasijiet tiegħu li setgħu wasslu għall-problemi fil-Partit Nazzjonalista u r-rebħiet għal Joseph Muscat. Test ieħor kien fl-2014. Partit fil-gvern iffaċċja l-elezzjonijiet wara sena. Hemm min jargumenta li fid-dawl li kien għadu frisk seta’ kellu iktar affarijiet favurih, iżda oħrajn jemmnu li dik kienet elezzjoni diffiċ- li ħafna għaliex bl-aspettativi tant kbar wara r-rebħa tal-2013 ma kinux wieħed u tnejn dawk li setgħu pretendew li f ’sena jinkiseb dak li ma nkisibx f ’tant snin u għalhekk il-pressjoni kienet kbira. Il-Partit Nazzjonalista kellu wkoll tmexxija ġdida.

Friska suppost għax inħatret wara t-telfa tal-2013. Iżda, din id-darba wkoll Joseph Muscat ikkampanja kemm felaħ madwar it-toroq Maltin u fiehem li anke fil-Parlament Ewropew, il-Partit Laburista kellu jibqa’ jingħata l-fiduċja. Dan wassal għal rebħa elettorali ta’ 53.4% għall-Partit Laburista u 40% għall-Partit Nazzjonalista. Riżultat simili l-Partit Laburista kisbu fl-2015 fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Bl-unika differenza minn sena qabel tkun li l-Partit Nazzjonalista rreġistra titjib żgħir ta’ 4.6%.

Biex imbagħad is-Sibt li għadda kien hemm konferma mingħajr ebda dubju li Joseph Muscat bena moviment madwar il-Partit Laburista sod u konsistenti. Għal darb’oħra r-riżultat kien ta’ 55% għall-Partit Laburista u 43.6% għall-Partit Nazzjonalista. Ir-riżultati jaf joffru stampa xi ftit qarrieqa wkoll. Faċli wieħed jaħseb li dawn kienu kisbiet faċli għall-Partit Laburista.

Iżda, mhux il-każ. Għal żmien twil, Joseph Muscat sostna li l-Partit Laburista kien l-underdog u din ma kinetx dikjarazzjoni li ġiet minn imkien. L-establishment qatt ma jieħu gost li jkun hemm min joħodlu postu u biex iżommu juża l-mezzi kollha li jkollu; mill-Knisja jew friegħi minnha sa dik li suppost hi midja indipendenti jew ċerti NGOs li nħolqu biex jaġevolaw partit politiku wieħed.

Quddiem dan kollu, Muscat dejjem wieġeb b’għaqda u pjan għall-pajjiż. Pjan li l-poplu apprezza u għażlu għal darba wara l-oħra biex l-aqwa żmien għall-pajjiżna għadu ġej.

MUSCAT BL-IKBAR DISTAKK TA’ VOTI PERSONALI BEJN ŻEWĠ MEXXEJJA

• TMIEN REBĦIET ELETTORALI KBAR

• FIĊ-ĊELEBRAZZJONI FUQ IL-FOSOS WIEĠEB B’DISKORS UMLI

• MUSCAT BL-IKBAR DISTAKK TA’ VOTI PERSONALI BEJN ŻEWĠ MEXXEJJA

Analiżi tal-gazzetta KullĦadd turi kif kemm ilu Mexxej Laburista Joseph Muscat għamel tmien rebħiet elettorali fejn il-Partit Laburista u l-moviment li nbena madwaru dejjem kisbu appoġġ ta’ madwar 55% tal-voti bid-differenza fil-persentaġġi mal-Partit Nazzjonalista tvarja bejn l-10% u 15%.

Aqra aktar

Send this to a friend