votazzjoni | One News

Notifiki

ELEZZJONI: X’se jiġri llejla

Issa li l-votazzjoni hija magħluqa, il-kaxxi tal-voti jittieħdu ssiġġilati fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fejn ikun qed isir il-ftuħ tal-kaxxi tal-voti. Ladarba dan il-proċess jintemm matul dan il-lejl ikun qed isir it-tqassim tal-voti.

It-tqassim tal-voti jibda meta l-kaxxi tal-voti kollha ta’ kull distrett ikunu nfetħu u ġew rikonċiljati mal-Ballot Paper Accounts rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, it-tqassim tal-voti jibda fid-distretti kollha fl-istess ħin meta jiġi mħabbar mill-Kummissjoni Elettorali.

Aqra aktar

TAGĦLAQ IL-VOTAZZJONI

Il-votazzjoni għall-elezzjoni ġenerali 2017 għalqet. Dan ifisser li l-elettorat issa ma jistax jivvota aktar u li l-kaxxi tal-voti huma ssiġġilati. Issa l-kaxxi jittieħdu fiċ-ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar biex hemmhekk il-Kummissjoni immedjatament tibda l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni tal-Ballot Paper Account ta’ kull kaxxa man-numru attwali ta’ voti fl-istess kaxxa.

Aqra aktar

Inqabblu t-turnout mal-2013

Aktar min-nofs ta’ dawk eliġibbli li jivvutaw f’din l-elezzjoni ġenerali ħarġu jivvutaw sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

Sa seba’ sigħat minn mindu bdiet il-votazzjoni, il-Kummissjoni Elettorali qalet li kienu ftit aktar minn 53% li ħarġu jivvutaw.

Dan ifisser żieda ta’ ftit iżjed minn tlieta fil-mija meta mqabbel mal-istess turn-out ta’ kmieni waranofsinhar tal-elezzjoni ġenerali fl-2013.

Aqra aktar

Informazzjoni importanti dwar il-votazzjoni

Aktar minn 60% tad-dokumenti tal-vot diġà tqassmu lill-elettorat Malti u Għawdxi bl-aktar lokalita’ f’ Malta li fiha tqassmu voti tkun Bormla filwaqt li f’ Għawdex hija l-Għasri. Għalkemm b’ kollox fadal madwar mija u tlieta u tletin elf vot x’ jitqassmu.

Il-Proċess tat-tqassim tal-voti mixi b’ rittmu tajjeb anke meta mqabbel ma’ elezzjonijiet preċedenti kif qal il-Kap tal-Uffiċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt.

Aqra aktar

Agħfas hawn biex tkun taf meta ġej il-vot

It-tqassim bieb, bieb tad-dokumenti tal-votazzjoni se jkun qed jibda jsir mill-Pulizija min nhar it-Tlieta 9 ta’ Mejju u jkompli sas-Sibt 20 ta’ Mejju 2017.

Il-ħinijiet tat-tqassim se jkun qed isir mit-8:00 ta’ filgħodu sas-13:00 ta’ wara nofsinhar u jkompli mit-15:00 ta’ wara nofsinhar sad-21:00 ta’ filgħaxija.

Aqra aktar

Send this to a friend