vot | One News

Notifiki

Illejla jittieħed il-vot dwar Brexit fil-Parlament Ingliż

Illum mistenni jittieħed il-vot finali dwar Brexit.  Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvutaw għal ħabta tas-19:00 tal-lejla fil-Parlament ingliż magħruf iżjed bħala l-House of Commons.

Huma se jivvutaw għall-pakkett li l-Gvern imexxi minn Theresa May ftiehem mal-Unjoni Ewropea dwar il-ħurġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropeja. Dwar dan il-pakkett diħa kien hemm ir-riżenji mill-kabinett ta’ May.Aqra aktar

“Il-vot dwar Brexit ma jistax jistenna”- Corbyn iħeġġeġ lil Theresa May ittemm il-vaganzi tal-Parlament Ingliż

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qed iħeġġeġ lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex ittemm il-vaganzi tal-Milied tal-Parlament, sabiex il-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jieħdu vot dwar Brexit.

Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija lura fil-House of Commons fis-7 ta’ Jannar li ġej, u l-Prim Ministru May qalet li l-vot dwar il-ftehim tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jittieħed il-ġimgħa ta’ wara. Corbyn kien pront joġġezzjona għal dan, u qal li l-vot għandu jittieħed mill-aktar fis possibbli.

Intant, sors minn Downing Street qal mal-midja Ingliża li l-kumment ta’ Jeremy Corbyn qed jitqies bħala wieħed “redikolu”.

BREXIT: Il-vot finali se jittieħed f’Jannar

Il-Membri Parlamentari Ingliżi se jivvuttaw fuq il-ftehim ta’ Brexit tar-Renju Unit fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. Din id-data ġdida ħabbrita l-Prim Ministru Ingliż, Theresa May li fissret kif l-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li l-kwistjoni mal-Irlanda ta’ Fuq ma kinitx xi attentat biex taqbad lir-Renju Unit fuq sieq waħda, u ħeġġet lill-Membri Parlamentari biex jaraw li Brexit iseħħ.Aqra aktar

Malta tixpruna vot favur l-ugwaljanza

19-il membru tal-Unjoni Ewropea, fuq inizjattiva ta’ Malta, iffirmaw dokument informali kontra d-diskriminazzjoni u l-abbuż fuq persuni LGBTI.

Dan id-dokument se jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea l-ġdida li se tkun iffurmata s-sena d-dieħla. Aqra aktar

Vot mistenni fil-Parlament Ewropew dwar il-ligi ta’ Miriam Dalli fuq is-CO2

Il-Parlament Ewropew se jkun qed japprova l-liġi li titratta dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi, liema strument legali ħadmet fuqha l-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli. Din il-liġi se tkun qed tħares l-ambjent billi jonqos it-tniġġis fl-arja, u se jkunu qegħdin jiżdiedu aktar impjiegi filwaqt li se jkunu mħarsa l-ħaddiema.Aqra aktar

Għandu jiddaħħal indiċi li jikkalkula kemm titħallas kera skond id-dħul tal-persuna- l-MEP Miriam Dalli

Persuni li għandhom dħul baxx u paga medja għandhom iħallsu mhux aktar minn persentaġġ stabbilit tad-dħul tagħhom f’kera. Dan jista’ jsir permezz ta’ indiċi li jqabbel il-kirjiet mad-dħul tal-familji. Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli proponiet dan waqt li indirizzat attività fl-Orpheum fil-Gżira.

Aqra aktar

Jgħaddi mit-tieni qari l-abbozz dwar l-IVF – Delia ma jagħtix vot ħieles

B’36 vot favur u 29 kontra, l-Parlament illejla approva it-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda il-liġi dwar l-IVF. Ir-riżultat intlaqa’ b’applaws mill-membri tal-gvern. Il-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia ma tax vot ħieles minkejja li kien iddikjara li se jagħmel dan.

L-abbozz tressaq mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Vot favur il-familji li jagħti vuċi lil min m’għandux

Intant fi stqarrija mill-Partit Laburista l-vot favur l-emendi fil-liġi tal-IVF illejla kien vot favur il-familji għax dawn l-emendi jaħsbu biex jagħtu tama ġdida lilll-koppja minn kull sitta f’pajjiżna li ssofri mill-kundizzjoni tal-infertilità.

Il-Partit Laburista qal li l-gvern qed iżomm mal-impenn elettorali tiegħu li jibdel din il-liġi b’mod li permezz tax-xjenza iktar persuni jingħataw iċ-ċans isiru ġenituri. Hija wkoll liġi bbażat fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza. Prinċipju ewlieni fil-ħidma ta’ dan il-gvern.

Issa li l-liġi għaddiet mit-tieni stadju parlamentari l-Partit Laburista jemmen li l-gvern għandu jkun miftuħ għal suġġerimenti oġġettivi fi stadju ta’ kumitat u jtejjeb fejn meħtieġ dak propost. Dan sakemm ma tkunx imminata l-wiegħda elettorali li għandha twassal għal iktar familji kuntenti fis-soċjetà tagħna.

Għax pajjiżna m’għandux jibża’ mill-bidla. Malta m’għandiex tieqaf tibdel. U l-bidla li l-Parlament ivvota favuriha llejla hija bidla favur l-imħabba. Bħal mhi bidla favur l-imħabba l-għotja ta’ €10,000 lil dawk li jadottaw. Wiegħda elettorali oħra implimentata fl-aħħar jiem.

Send this to a friend