Vodafone – One News

Notifiki

Tħassib dwar l-għaqda bejn il-Vodafone u l-Melita

L-għaqda tal-konsumaturi mhix taqbel mal-għaqda bejn il-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Vodafone u Melita.

Ma’ One News Benny Borg Bonello, l-President tal-għaqda konsumaturi jemmen li peress li se tonqos il-kompetizzjoni l-konsumatur se jkun f’riskju li jmur minn taħt.

Aqra aktar

L-Għaqda tal-Konsumaturi ma’ taqbilx li l-Vodafone u l-Melita jingħaqdu

L-Għaqda tal-Konsumaturi tirreferi għal rapporti li dehru fil-media li l-kumpaniji Vodafone Malta u Melita Ltd ser jingħaqdu f’kumpanija waħda.

l-Għaqda tal-Konsumaturi ma taqbilx ma’ dan u għalhekk kitbet lill-MCCAA, ir-regolatur li jrid japprova din l-għaqda bejn dawn iż-żewġ kumpaniji.

Ir-raġuni hi waħda ovvja. Is-suq tat-telefonija, internet u tv diġà hu dominat minn tliet kumpaniji bil-konsegwenza li l-konsumaturi Maltin prattikament m’għandhomx għażla. Hu minħabba f’hekk li l-konsumaturi Maltin qed ikollhom iħallsu prezzijiet għoljin ħafna meta kkomparati ma’ konsumaturi oħra Ewropej. Mhux talli hekk, talli n-nuqqas ta’ kompetizzjoni wassal biex il-kwalità tas-servizzi tonqos u mhux togħla.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Saviour Balzan jieħu passi; jgħid li Vodafone u GO xerrdulu dettalji personali

  • VODAFONE MALTA TIRREAĠIXXI: tgħid li diġà bdiet investigazzjoni interna u li se tkun qed tikkopera mal-awtoritajiet

L-Editur Maniġerjali tal-ġurnal MaltaToday, Saviour Balzan, ressaq ilment bl-avukat mal-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Vodafone u GO, fejn qed jitlob li ssir investigazzjoni dwar il-ksur ta’ informazzjoni personali li ħarġet mill-kumpaniji tagħhom minn sors intern, dan sabiex jiġi stabbilit is-sors ta’ dan il-ksur.

Dettalji ta’ telefonati li għamel Balzan ġew żvelati fil-blog ta’ Daphne Caruana Galizia, li ġie ppubblikat fil-Malta Independent. Fejn hi rreferit għal dawn it-telefonati bejn Balzan u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Aqra aktar

Tħawwad meta tuża smartphone? Ħasbu fik

 B’inizjattiva bejn l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni u tliet operaturi tat-telefonija – Go, Melita u Vodafone – tnieda GetSmarter.
Dan huwa programm ta’ taħriġ bil-għan li jgħin lill-persuni jagħmlu l-aqwa użu tal-ismartphone tagħhom.

Aqra aktar

Vodafone b’miżuri favur il-familja u n-nisa

Il-Ministri Helena Dalli u Evarist Bartolo żaru l-uffiċini tal-Vodafone fi Skyparks Malta. Hawn osservaw u semmgħu l-inizjattivi li ħadet il-Vodafone b’rabta ma’ miżuri favur il-familja u n-nisa. Intqal fost oħrajn kif Vodafone tagħti iżjed ġimgħat ta’ maternity leave lin-nisa.
Aqra aktar

Send this to a friend