vladimir putin | One News

Notifiki

Putin iċedi biċċa fir-riforma tal-pensjonijiet

Il-mexxej Russu, Vladimir Putin ċeda ftit mill-pjan tiegħu b’miżuri anqas ħarxa fil-pensjoni.

Dan wara protesti ta’ rabja li wassluh biex l-eta tal-irtirar għan-nisa minn ħamsa u ħamsin se tiżdied għal sittin minflok għal tlieta u sittin filwaqt li għall-irġiel se tibqa ż-żieda ta’ ħames snin għal ħamsa u sittin sena.

F’indirizz rari fuq it-televiżjoni, Putin qal li l-popolazzjoni ta’ dawk fl-eta tal-ħaddiema kienet qed tonqos u allura l-bidla kienet waħda bżonnjuża.

Min-naħa tagħhom, il-Unions wissew li ħafna mhux se jgħixu biżejjed biex jieħdu l-pensjoni.

Putin iwieġeb kif ukoll jinjora lill-Istati Uniti

Il-President Russu, Vladimir Putin qal li lista ġdida ppubblikata mill-Istati Uniti bħala parti mil-liġi ta’ sanzjonijiet għandha l-mira li tolqot l-poplu Russu kollu.

Il-lista ssemmi mitejn u għaxar persuni għolja Russi bħala parti minn liġi maħsuba li tikkastiga l-Moska bl-indħil fl-elezzjoni Amerikana. Minkejja dan, l-Istati Uniti saħqet li dawk imsemmija ma kienux suġġetti għas-sanzjonijiet il-ġodda.

Putin qal li l-lista kienet att xejn favorevoli li kkumplika r-rabtiet tal-Istati Uniti u r-Russja iżda sostna li ma jridx jeskala s-sitwazzjoni. Huwa żied jgħid li r-Russja għandha minflok taħseb fuq l-ekonomija tagħha u ma tagħtix kas tal-Istati Uniti.

Send this to a friend