vjolenza – One News

Il-progress qawwi miksub fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-aħħar ħames snin imfaħħar fl-ogħla forum internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti

Waqt it-tielet Eżami Perjodiku Universali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Malta, pajjiżna kien imfaħħar għall-progress miksub fl-aħħar ħames snin. Il-progress kien xprunat mill-bidla fil-mentalità ta’ nazzjon li nħeles mill-ktajjen konservattivi biex illum, kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni, ingħata d-dinjità li tixraqlu.

Aqra aktar

Malta titlob biex tieqaf il-vjolenza f’Gaza

Il-Gvern Malti kkundanna l-vjolenza li qed issir fl-aħħar jiem fuq Gaza, partikolarment l-attakki fuq persuni innocenti. Fi stqarrija, il-Gvern għadda l-kondoljanzi tiefħu lill-familji tal-vittmi u wera solidarjetà magħhom.

Malta qed tħeġġeġ biex tintemm il-vjolenza fuq il-mhedda ta’ Gaza biex ikunu evitati aktar imwiet.

Linji gwida għal rapportaġġ ġust dwar vjolenza domestika

Fl-aħħar għaxar snin ħmistax-il mara nqatlu f’inċident ta’ vjolenza domestika waqt li ħmistax fil-mija tan-nisa f’Malta ta’ ‘l fuq minn ħmistax-il sena ġarrbu vjolenza fiżika jew sesswali mis-sieħeb jew mill-qraba tagħhom. Każijiet u delitti ta’ vjolenza domestika, li issa l-midja għandha gwida ċara ta’ kif tirrapportahom.

Aqra aktar

Ommijiet vittmi ta’ vjolenza minn uliedhom

Huma mija l-każijiet ta’ vjolenza minn tfal fuq il-ġenituri tagħhom li ħadmet magħhom il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjajli matul din l-aħħar sena.

Il-Kap Eżekuttiv Alfred Grixti qal ma’ ONE NEWS li din hija realtà ġdida li qed isiru jafuha grazzi għall-koperazzjoni mal-iskejjel.

Aqra aktar