vjolenza domestika – One News

Notifiki

260 każ ta’ vjolenza domestika fuq l-anzjani rrappurtati f’sentejn

F’temp ta’ sentejn ġew irrappurtati ftit aktar minn 260 każ ta’ vjolenza domestika fuq l-anzjani. Dan ġie żvelat mill-Ministru  Michael Farrugia fil-Parlament. Il-Ministru semma kif bejn l-2017 u l-2018 ġew irrapurtati total ta’ 570  każ b’rabta ma’ reati li għandhom x’jaqsmu ma anżjani li għanhom aktar minn 60 sena.

Fost ir-rapporti, kien hemm ftit aktar minn 180 każ irrappurtat b’rabta ma’ offii fuq il-persuna jiġifieri reati li setgħu waslu biex dawn l-anzjani sofrew minn xi ġrieħi.

Matul dawn is-sentejn, il-pulizija rċeviet 95rapport b’rabta ma’ reati fejn l-anzjani sfaw misruqa minn ħallelin li serqulhom il-basket u għosfru b’ħeffa lhiema bħala. Fuq l-istess nota, f’dawn is-sentejn kien hemm disa’ rapporti b’rabta ma’ każijiet ta’ ta’ serq li fihom intużat xi tip ta’ arma.

Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ rapporti marbuta ma’ vjolenza fuq l-anzjani naqas, hekk kif tul dawn is-sentejn kien hemm b’kollox 15-il rapport.

Missier ta’ 12-il tifel u tifla jiċħad akkużi ta’ vjolenza domestika

Missier ta’ 12-il tifel u tifla ċaħad akkużi ta’ vjolenza domestika wara li martu qalet li kkawżalha ġrieħi ħfief wara li mbottaha mit-taraġ għal isfel.

Fil-Qorti, il-Pulizija qalet li l-mara tal-akkużat instabet f’dar f’Bormla fid-demm ma’ wiċċha wara li ċemplet għall-għajnuna. Jidher li l-koppja ta’ spiss kienet targumenta b’mod serju.

L-akkużat, li għandu sitta u erbgħin sena, ċaħad dawn l-akkużi kollha, inkluż li bl-imġieba tiegħu, martu ma kellhiex għażla oħra ħlief li tibża’ li se tintuża l-vjolenza kontriha f’darha.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit semgħet ukoll kif ir-raġel huwa missier dedikat ħafna lejn uliedu, partikolarmant it-tifla ż-żgħira li qal li ta’ kuljum kien iwassalha l-iskola u jieħu ħsiebha waqt li ommha kienet tkun ix-xogħol.

Ir-raġel żied jgħid li kien ilu m’omm uliedu għal 28 sena u li “nixtieq li nirranġaw l-affarijiet, għaliex inħobbha”.

Iż-żewġ partijiet ipprovdew verżjonijeit differenti ta’ x’ġara, u r-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest abbażi ta’ diversi kundizzjonijiet, fosthom li jirrispetta ordni ta’ protezzjoni li nħarġet mill-Qorti, li ma jersaqx lejn martu, u jsib x’imkien ieħor fejn jgħix.

Huwa kien ordnat ukoll li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa, li ma joħroġx mid-dar bejn il-11:00pm u s-07:00am, u li jintrabat b’garanzija personali ta’ €8,000.

Il-Qorti żiedet tgħid li jekk ir-raġel jikser l-ordni ta’ protezzjoni jeħel massimu ta’ €7,000 u sentenza ħabs.

Jiċħad li ta daqqa ta’ ponn lil martu u jinħeles mill-arrest

Raġel mill-Qrendi ta’ 47 sena ċaħad akkużi ta’ vjolenza domestika wara li tressaq il-Qorti mixli li ta daqqa ta’ ponn lil martu. Isem l-akkużat mhux qed jixxandar fuq ordni tal-Qorti.

Jidher li mart l-akkużat għamlet rapport mal-Appoġġ, allegatament wara li qalgħet daqqa ta’ ponn. Jum wara, bint l-akkużat qalet li missierha kien qed ikun abbużiv fil-konfront tagħha wkoll. Kien hawnhekk li s-social workers infurmaw lill-Pulizija u r-raġel ġie arrestat.Aqra aktar

Infaqa’ jibki fl-awla hu u jaffaċċja akkużi ta’ vjolenza domestika

Raġel ta’ 32 sena minn Tal-Pietà ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti b’akkuża ta’ vjolenza domestika.

Viżibilment emozzjonat fl-awla, tant, li nfaqa’ jibki quddiem il-Maġistrat Yana Micalled Stafrace, ir-raġel affaċċja akkużi li għamel użu mhux xieraq ta’ tagħmir elettroniku, u kkawża biżà fuq mara li se tintuża l-vjolenza kontriha. Fl-istess ħin huwa kien mixli li kiser ordni tal-protezzjoni li kienet tat il-Qorti biex ma jikkuntattjax lill-vittma. Aqra aktar

Jingħaqdu f’mixja kontra l-vjolenza domestika fil-Belt

Il-Ħadd filgħodu diversi attivisti b’vuċi waħda, inġabru quddiem il-Parlment ta’ Malta sabiex jiffurmaw parti mill-mixja ta’ solidarjeta biex titqajjem kuxjenza kontra l-pjaga tal-Vjolenza Domestika.

Il-mixja, li ilha ssir għal dawn l-aħħar snin, ġiet organizzata mill-Fondazzjoni Dar Merħba Bik.Aqra aktar

Send this to a friend