vjenna – One News

Notifiki

Il-Pulizija ssib numru ta’ patrijiet marbuta u midruba wara attakk fuq knisja fi Vjenna

Minn tal-anqas 15-il persuna ndarbu wara li grupp ta’ persuni daħlu f’monasteru fi Vjenna, l-Awstrija, u serqu xi oġġetti prezzjużi.

L-atakk seħħ fuq il-Knisja ta’ Marija Immakulata fi Vjenna għall-ħabta tas-13:30 l-Ħamis. Jidher li dan dam għaddej sigħat sħaħ qabel mal-Pulizija ntervjenu fil-każ u sabu lil numru ta’ patrijiet marbuta ma’ siġġijiet u midruba.

Dawn ittieħdu l-isptar għall-kura, filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ. Għadu mhux magħruf jekk hemmx xi persuni arrestati.

Il-PM Joseph Muscat fi Vjenna għal laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u tal-pajjiżi Afrikani

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jattendi Laqgħa tal-Livell Għoli bejn mexxejja tal-Unjoni Ewropea u mexxejja ta’ pajjiżi Afrikani, fi Vjenna. Il-laqgħa ssejħet mill-Kanċillier Awstrijak, Sebestian Kurz, li fl-istess ħin qed imexxi l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kanċillier Kurz qal li l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tiffoka biss fuq l-immigrazzjoni bħala sifda fil-pajjiżi Afrikani, iżda għandu jiġi pprovdut spazju biex tkun żgurata l-prosperità u l-kompetittività fiż-żewġ kontinenti.Aqra aktar

Delegazzjoni parlamentari tipparteċipa fis-LX laqgħa tal-COSAC

Edward Zammit Lewis u Toni Bezzina, chairperson u membru rispettivament tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, ipparteċipaw fis-LX Laqgħa tal-Kumitati Parlamentari tal-Unjoni Ewropea dwar l-Affarijiet Ewropej (COSAC) fi Vjenna, bejn id-19 u l-20 ta’ Novembru 2018 bħala parti mil-laqgħat interparlamentari tal-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bit-tema ‘Ewropa li tipproteġi’. Din il-laqgħa tiġi organizzata f’kull presidenza bħala parti mil-laqgħat interparlamentari li jinżammu matul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Send this to a friend