vjaġġi – Page 2 – One News

Notifiki

Jasal fi tmiemu l-vjaġġ tal-Prim Ministru marbut mal-Presidenza

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban, f’dik li hija l-aħħar laqgħa minn seba’ marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

L-għan ewlieni wara dawn il-laqgħat kien li jiġu diskussi kwistjonijiet differenti li se jkunu qed jiġu diskussi matul il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’pajjiżna.
Aqra aktar

Miljun passiġġier jużaw tal-linja f’ġimgħa

Tkompli tiżdied il-kunfidenza fis-servizz tal-karozzi tal-linja hekk kif Malta Public Transport tilħaq rekord ġdid matul it-tieni ġimgħa ta’ Awwissu. Total ta’ miljun passiġġier ivjaġġaw b’tal-linja bejn it-Tnejn 8 u l-Ħadd 14 ta’ Awwissu. Sissa, din kienet l-iktar ġimgħa impenjattiva ta’ din is-sena.

Aqra aktar

Minn għada, tal-linja aktar spiss!

Għada l-Ħadd,17 ta’ Lulju, il-Malta Public Transport se tkun qed iżżid in-numru ta’ vjaġġi fuq sitt rotot li jagħtu servizz fiċ-Ċirkewwa, Buġibba u Tas-Sliema kif ukoll se tibda’ topera sitt servizzi speċjali msejjħin Tallinja Direct f’dawn il-lokalitajiet u fl-ajruport. B’hekk il-kumpanija ser tkun qed tipprovdi 159 vjaġġ aktar kuljum.

Aqra aktar

32,000,000 vjaġġ bit-tallinja card fl-ewwel sena

F’għeluq is-sena mit-tnehid tat-tallinja card li seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015, Malta Public Transport bi qalet li 240,000 individwi issa għandhom tallinja card. “Matul l-ewwel sena, irreġistrajna 32 miljun vjaġġ minn passiġiera li użaw it-tallinja card,” spjega Daniel Grech, Commercial Director ta’ Malta Public Transport.

Aqra aktar

Send this to a friend