vjaġġi – One News

Notifiki

Bil-Filmat: Kumpanija tal-cruise liners se tibda vjaġġi minn Malta

L-industrija tal-cruise liners f’Malta mistennija tkompli tikber fis-sentejn li ġejjin wara li l-kumpanija tal-cruise liners P&O ħabbru li se jibdew għadd ta’ vjaġġi minn pajjiżna.

Permezz ta’ dan il-ftheim, madwar 100,000 passiġġier fis-sena se jżuru lil pajjiżna biex wara jaqbdu l-cruise liner mill-Port il-Kbir.  Dan ifisser li bosta turisti se jesperjenzaw lil pajjiżna ħafna iktar minn meta jaslu bi cruise liners li ma jitilqux minn Malta. Il-benefiċċju ekomomiku minn dan il-ftehim mistenni jkun sostanzjlai b’mod partikolari għas-settur tat-trasport. Aqra aktar

Il-Virtu Ferries tħassar l-vjaġġi kollha għal għada

Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, il-kumpanija Virtu Ferries qalet li ħassret il-vjaġġi kollha skedati għal għada.

Dan minħabba kundizzjonjiet xejn pjaċevoli tat-temp, li minħabba fihom mhux se jkun sigur li joperaw il-vapuri tal-kumpanija.

 

 

Il-Gozo Channel b’tibdil fl-iskeda

Il-kumpanija tal-Gozo Channel ħabbret li wieħed mill-vapuri tagħha, Mv Ta’ Pinu se jieqaf jopera għal tliet ġimgħat bejn it-8 u d-29 ta’ Jannar.

Biex tikkumpensa dan, il-kumpanija ħabbret li mid-9 ta’ Jannar il-vjaġġi ta’ filgħodu se jkunu qed isiru kif tindika din it-tabella:

 

L-MIA mal-aqwa ajruporti Ewropej

  • L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kiseb it-tielet post fl-istħarriġ Airport Service Quality (ASQ) għall-2016
  • Għal dawn l-aħħar snin l-MIA dejjem sab postu mal-aqwa 5 fil-kategorija tal-Aħjar Ajruport skont ir-Reġjun
  • Il-punteġġ globali tal-MIA għall-2016 hu l-ogħla sal-lum; dan jindika livelli akbar ta’ sodisfazzjon tal-passiġġieriAqra aktar

Ġej ir-riħ…tħassru l-vjaġġi ta’ bejn Malta u Sqallija

Riħ qawwi, kesħa u maltemp huma tliet kelmiet li wieħed jista’ juża biex jiddeskrivi t-temp f’pajjiżna.

Kawża ta’ dan, il-vjaġġi minn Malta għal Sqallija kellhom jiġu kanċellati minħabba l-kundizzjoni ħażina tat-temp.

Dan ħabbritu l-kumpanija VIRTU Ferries li kellha tikkanċella l-vjaġġi fuq il-baħar tat-Tnejn u t-Tlieta minħabba baħar qawwi.

Aqra aktar

L-MHRA tilmenta dwar rotot lejn Manchester – iwieġbu l-Air Malta u l-Ministeru għat-Turiżmu

  • Il-konnettività tal-Air Malta se tiżdied abbażi ta’ vijabilità kummerċjali li tagħmel sens 

Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija irrefera għall-stqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti (MHRA), bit-titolu ‘‘Is Air Malta shutting shop by stealth?’’ 

Il-kwistjoni kollha, spjega l-Ministeru, hi dwar jekk irridux li l-Air Malta tibda tieħu deċiżjonijiet kummerċjali, hekk kif dejjem tinsisti l-MHRA, jew inkella tibqa’ tibża’ milli tieħu deċiżjonijiet importanti u diretti li jassiguraw il-vijabilità kummerċjali tagħha. 

Fi kliem il-Ministeru: “Id-deċiżjoni dwar Manchester, wara dik ta’ Frankfurt, hija parti minn strateġija u minn tibdil intern li dan il-gvern huwa kommess li jwettaq biex il-linja nazzjonali tal-ajru toħroġ mid-diffikultajiet kbar li ntefgħet fihom taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Id-deċiżjoni ta’ Manchester kienet ibbażata fuq il-fatt li, biex ittir ir-rotta, l-Air Malta kienet ipproġettata li titlef sa żewġ miljun ewro.

Aqra aktar

L-ajruplan għadu hemm u se jibqa’ hemm

Dan ir-ritratt ittieħed ftit tal-ħin ilu.

L-ajruplan tal-linja tal-ajru Afriqiyah Airways li lbieraħ inħataf minn żewġt irġiel li kienu abbord u niżel f’Malta, bħalissa jinsab ipparkjat f’Runway 5 tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Eżatt fl-istess post li għamel l-inżul ilbieraħ.

L-Airbus A320 se jkun qed jinżamm fejn hu, sakemm iħossu l-ħtieġa l-investigaturi.

Send this to a friend