vjaġġar – Page 2 – One News

Notifiki

90% IRĦAS – Intlaħaq ftehim informali dwar it-tariffi tar-roaming – 90% IRĦAS

Ftehim informali dwar it-tariffi tar-roaming inltlaħaq ilbieraħ, biex issa t-tariffi l-ġodda ta’ min juża l-mobile barra minn pajjiżu se jkunu madwar 90% irħas.

Ilbieraħ saret laqgħa importanti ferm bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea – u matulha intlaħaq qbil li ta d-daqqa finali lit-tariffi tar-roaming. Id-deċiżjoni se tkun implimentata minn Ġunju li ġej, b’mod li ħafna Ewropej ikunu jistgħu jmorru għall-btala tas-sajf tagħhom mingħajr ma jħallsu l-prezzijiet meqjusa esaġerati biex jikkomunikaw bil-mobile tagħhom.

 

Se ssiefer? Il-biljetti tal-Air Malta huma mraħħsa!

Bejn illum u nhar il-Ġimgħa, l-Air Malta qed toffri biljetti bi prezzijiet imraħħsa. Fi stqarrija l-linja tal-ajru qalet li r-ritorn mill-btajjel tal-Milied m’għandux għalfejn ikun daqshekk diffiċili, għaliex wieħed jista’ jippjana btala bil-prezzijiet tal-biljetti jibdew minn €35.

L-offerta tgħodd għal 17-il destinazzjoni l-aktar popolari tal-linja tal-ajru.

Is-sale ta’ 72 siegħa beda fid-09:00 dalgħodu u jagħlaq nhar il-Ġimgħa fid-08:59 (filgħodu).

Aqra aktar

L-MHRA tilmenta dwar rotot lejn Manchester – iwieġbu l-Air Malta u l-Ministeru għat-Turiżmu

  • Il-konnettività tal-Air Malta se tiżdied abbażi ta’ vijabilità kummerċjali li tagħmel sens 

Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija irrefera għall-stqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti (MHRA), bit-titolu ‘‘Is Air Malta shutting shop by stealth?’’ 

Il-kwistjoni kollha, spjega l-Ministeru, hi dwar jekk irridux li l-Air Malta tibda tieħu deċiżjonijiet kummerċjali, hekk kif dejjem tinsisti l-MHRA, jew inkella tibqa’ tibża’ milli tieħu deċiżjonijiet importanti u diretti li jassiguraw il-vijabilità kummerċjali tagħha. 

Fi kliem il-Ministeru: “Id-deċiżjoni dwar Manchester, wara dik ta’ Frankfurt, hija parti minn strateġija u minn tibdil intern li dan il-gvern huwa kommess li jwettaq biex il-linja nazzjonali tal-ajru toħroġ mid-diffikultajiet kbar li ntefgħet fihom taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Id-deċiżjoni ta’ Manchester kienet ibbażata fuq il-fatt li, biex ittir ir-rotta, l-Air Malta kienet ipproġettata li titlef sa żewġ miljun ewro.

Aqra aktar

DAQSHEKK vjaġġar kif ġieb u laħaq lejn pajjiżi Ewropej fejn m’hemmx bżonn viża

L-Unjoni Ewropea żvelat pjanijiet għal sistema ġdida ta’ kontrolli ta’ sigurtà fuq vjaġġaturi li għandhom permess jidħlu l-Ewropa mingħajr viża, fi sforz biex jitwaqqfu l-estremisti.

Persuni minn sittin pajjiż fejn hemm waiver fuq il-visa, inkluż l-Istati Uniti, se jkollhom iħallsu €5 u jimlew dokumenti online. Wara, jingħataw permess jivjaġġaw lejn wieħed mis-26 pajjiż Ewropew li fihom m’hemmx bżonn visa.

Il-Kummissarju responsabbli mis-sigurtà fl-Unjoni Ewropea, Julian King, qal li billi jwaqqfu individwu li għandhom potenzjal joħolqu problemi u jżommuhom milli jersqu lejn l-Ewropa, tkun imtejjba s-sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni.

Aqra aktar

Mogħoż Kanadiżi fit-toroq Maltin!

Mogħoż fit-triq bl-Ingliż tiġi ‘goats on the road’. Dan huwa isem koppja famuża li flimkien telqu xogħolhom normali sabiex jivjaġġaw id-dinja. Huma Nick u Dariece, koppja Kanadiża, li jmexxu sit bl-isem ‘goats on the road’.

Mingħajr esperjenza ta’ xejn, Nick u Dariece illum jgħixu biss minn fuq l-ivjaġġar. Iduru d-dinja, jieħdu ritratti u vidjos li bihom jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom online. Is-suċċess tagħhom inkredibbli tant li ma jiddependu minn xejn aktar. Suċċess rikonoxxut minn Forbes, Lonely Planet, National Geographic, u Business Insider fost oħrajn.

Aqra aktar

Send this to a friend