vjaġġar – One News

Notifiki

Jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar fit-toroq Maltin

F’analiżi li għamlet il-gazzetta Kullħadd, jidher biċ-ċar li l-proġetti infrastrutturali li saru riċentament fit-toroq, speċjalment dawk tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta, ħallew il-frott. Dan jintwera biċ-ċar hekk kif ġie mqabbel it-tul ta’ ħin li klijent tal-ECABS kien qed idum fl-istess rotta u perjodu, bejn l-2017 u l-2018.Aqra aktar

ARA: L-App li tagħtik soluzzjoni f’każ ta’ inkwiet waqt xi btala

108 persuni ġralhom xi ħaġa meta kienu imsifrien barra minn Malta bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena.

Persuni li għamlu kuntatt mal-konsulat fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin sabiex jingħataw l-għajnuna.

Bl-aktar raġunijiet ewlenin ikunu jew għax tilfu l-passaport jew xi dokumenti oħra, jew għax ġew arrestati jew inkella għax kellhom bzonn kura mill-isptar.Aqra aktar

L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur jordna aġenzija tal-ivvjaġġar biex tonora l-obbligi mal-klijenti

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, ordnat biex l-aġenzija tal-ivvjaġġar A.P.C Travel Bureau Limited, b’mod immedjat tieqaf tieħu bookings għall-ivvjaġġar kif ukoll li tonora l-prenotazzjonijiet eżistenti. Dan wara diversi twissijiet maħruġa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u fuq ir-rakkommandazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fond għall-Insolvenza tal-istess Awtorità.

Aqra aktar

Problemi waqt vjaġġar

Meta nippjanaw vaganza rari noqgħodu naħsbu fuq il-problemi li nistgħu niltaqgħu magħhom. Il-ħsibijiet tagħna jieħduna fuq il-postijiet li ser inżuru u l-pjaċir li ser nieħdu mal-familja jew ħbieb tagħna. Waqt li aħna nistgħu nagħmlu ħilitna biex nippjanaw il-vaganza perfetta, sfortunatament jistgħu jinqalgħu problemi li ma nkunux ħsibna dwarhom. Kif għandna nsolvu dawn il-problemi u min hu responsabbli jipprovdina b’soluzzjoni?Aqra aktar

Malta tidħol fil-lista ta’ ‘safe travel destinations’

Il-ġurnal Ingliż Daily Star joffri stejjer leġġeri għal qarrejja Ingliżi. F’artiklu partikolari jagħtu pariri ta’ fejn l-aħjar imorru l-Ingliżi għal btajjel tagħhom. L-artiklu jismu ‘How dangerous is YOUR holiday? 10 safe travel destinations with low threat of terrorism’.

Malta tinsab fil-lista, kif tista’ tara hawn.

Aqra aktar

L-MIA mal-aqwa ajruporti Ewropej

  • L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kiseb it-tielet post fl-istħarriġ Airport Service Quality (ASQ) għall-2016
  • Għal dawn l-aħħar snin l-MIA dejjem sab postu mal-aqwa 5 fil-kategorija tal-Aħjar Ajruport skont ir-Reġjun
  • Il-punteġġ globali tal-MIA għall-2016 hu l-ogħla sal-lum; dan jindika livelli akbar ta’ sodisfazzjon tal-passiġġieriAqra aktar

90% IRĦAS – Intlaħaq ftehim informali dwar it-tariffi tar-roaming – 90% IRĦAS

Ftehim informali dwar it-tariffi tar-roaming inltlaħaq ilbieraħ, biex issa t-tariffi l-ġodda ta’ min juża l-mobile barra minn pajjiżu se jkunu madwar 90% irħas.

Ilbieraħ saret laqgħa importanti ferm bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej: il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea – u matulha intlaħaq qbil li ta d-daqqa finali lit-tariffi tar-roaming. Id-deċiżjoni se tkun implimentata minn Ġunju li ġej, b’mod li ħafna Ewropej ikunu jistgħu jmorru għall-btala tas-sajf tagħhom mingħajr ma jħallsu l-prezzijiet meqjusa esaġerati biex jikkomunikaw bil-mobile tagħhom.

 

Se ssiefer? Il-biljetti tal-Air Malta huma mraħħsa!

Bejn illum u nhar il-Ġimgħa, l-Air Malta qed toffri biljetti bi prezzijiet imraħħsa. Fi stqarrija l-linja tal-ajru qalet li r-ritorn mill-btajjel tal-Milied m’għandux għalfejn ikun daqshekk diffiċili, għaliex wieħed jista’ jippjana btala bil-prezzijiet tal-biljetti jibdew minn €35.

L-offerta tgħodd għal 17-il destinazzjoni l-aktar popolari tal-linja tal-ajru.

Is-sale ta’ 72 siegħa beda fid-09:00 dalgħodu u jagħlaq nhar il-Ġimgħa fid-08:59 (filgħodu).

Aqra aktar

Send this to a friend