vjaġġ – One News

Notifiki

Il-vjaġġ it-tajjeb!

Le minix noħlom!  Lanqas maqtugħ mir-realtà!

Konxju mill-fatt li s-Sajf għadda u żmien il-vjaġġi nħalluh għal Sajf ieħor!

Il-vjaġġ li qed nalludi għalih huwa l-vjaġġ fl-iskejjel tagħna primarji u sekondarji tagħna fejn l-edukaturi u l-istudenti se jitilgħu fuq l-ajruplan bl-isem ta’ ‘My Journey’ u jibdew il-vjaġġ tagħhom f’din il-fażi innovativa u eċitanti fl-istess ħin tal-qasam edukattiv f’pajjiżna.Aqra aktar

Issa sar eħfef biex tmur ir-Rumanija

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nieda t-tieni rotta ġdida tiegħu għas-sajf 2017 ilbieraħ filgħaxija. L-ewwel passiġġieri minn Cluj-Napoca fir-Rumanija ntlaqgħu minn żeffiena lebsin il-kostum tradizzjonali Malti u ġew mistednin jaqsmu kejk li sar apposta għall-okkażjoni.

It-titjiriet, li jieħdu madwar siegħa u nofs, lejn it-tieni l-aktar belt popolata fir-Rumanija ser ikunu qed jiġu operati minn Wizz Air kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħadd.

Aqra aktar

L-ewwel akkużawh li ma ħallasx, issa tkażaw għax ħallas…il-PM iwieġeb

Wara sena jallegaw li xi ħadd ieħor ħallas biex il-Prim Ministru u l-familja tiegħu marru vaganza Dubai, issa il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-partit tiegħu qed jammettu li kien il-Prim Ministru stess li ħallas għalihom kif turi irċevuta li qed jirreferu għaliha.

Issa Dr Busuttil irid ikun jaf għaliex il-Prim Ministru għażel din iż-żjara għal familja tiegħu u kif nefaq dawn il-flus.

Kif tixhed l-irċevuta stess, il-Prim Ministru ħallas permezz tal-karta tal-kreditu tiegħu u matul is-sena li għaddiet qata’ dan il-kont mill-karta tiegħu permezz ta’ transizzjonijiet bankarji rekordjati.

Aqra aktar

Jinsisti li ma kienx involut fit-traffikar tal-bnedmin

Hadish Abayu, raġel Etjopjan ta’ 58 sena, li jinsab akkużat bit-traffikar tal-bnedmin, qal li huwa ma kienx wieħed mill-organizzaturi tal-operazzjoni klandestina.

Sostna li kien żball tal-passiġġieri l-oħra. Il-prosekuturi jemmnu li kien il-moħħ wara vjaġġ li sar fl-2005 mil-Libja lejn l-Italja, iżda li spiċċa Malta. L-akkużat qal li vjaġġa mis-Sudan lejn il-Libja fl-2003, fejn prova jiġi Malta biex jingħaqad ma’ martu u l-erba wlied. L-akkużat qal li kienu mija sebgħa u tmenin persuna jistennew fuq il-kosta tal-Libja. Sostna li huwa kien passiġġier bħall-oħrajn, filwaqt li l-Libjani qasmuhom fi tlett gruppi.

Aqra aktar

Jinnegozjaw għal vjaġġ bejn Malta u Sirakuża

Is-Sindku ta’ Sirakuża jinsab determinat li jikkonvinċi lill-Virtu Ferries jibdew jagħmlu vjaġġi diretti minn Malta għal Sirakuża. B’rapport fil-midja tal-post jgħidu li dalgħodu se jsiru laqgħat li mistennija jwasslu għal ftehim bil-vjaġġi tal-catamaran jibdew minn Mejju u jsiru darba f’ġimgħa għax-xhur tas-sajf.
Aqra aktar

Send this to a friend