vitorja – One News

Notifiki

X’jinteressani li llum il-Vitorja?

Jinteressani ħafna, fil-fatt. Mhux sempliċiment għax inzertajt inħobb l-istorja ta’ Malta.

Kulħadd jiftaħar li Malta għandha storja rikka u imprezzabbli, b’uliedha qalbiena li qatt ma ħallew lil ħadd jagħmilhom tapit.

Iżda sfortunatament, meta niġu għal festi pubbliċi bħal Jum il-Vitorja, iktar jinteressana li għandna jum ta’ mistrieħ mix-xogħol, u fejn se mmorru għal xi pranzu tajjeb, milli s-sinjifikat storiku ta’ dan il-jum.Aqra aktar

ARA: Il-President ta’ Malta tpoġġi l-fjuri mal-monument tal-Assedju fil-Belt

Fil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Vitorja, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għamlet żjara fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta.

Biswit il-monument quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja l-Belt Valletta, l-Forzi Armati ta’ Malta laqgħu lill-President, li mxiet sa quddiem il-Monument, fejn ingħatat il-Present Arms u ndaqqet il-fanfarra. Il-President poġġiet il-kuruna f’riġlejn il-monument, fejn minnufih ingħatat is-salut għall-okkażjoni.Aqra aktar

Il-Vitorja hija tifkira tal-irwol storiku ta’ Malta u l-qlubija tal-Maltin- JM

Jum il-Vitorja huwa tifkira tal-irwol kruċjali li Malta u ċ-ċittadini qalbiena tagħha kellhom fl-1565 u fit-Tieni Gwerra Dinjija. Illum infakkru lil dawk kollha li taw ħajjithom għal pajjiżna.

Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif illum Malta tfakkar il-ħelsien mill-iktar żewġ gwerer kiefra li qatt ħakmu lil din il-gżira: l-Assedju l-Kbir tal-1565, u t-Tieni Gwerra Dinjija.Aqra aktar

ARA: Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Vitorja f’Għawdex

F’Misraħ il-Vitorja, fix-Xagħra, tfakkret ir-rebħa tal-Assedju l-Kbir, ir-rebħa tat-Tieni Gwerra Dinjija kif ukoll il-waqfien tal-marda qerrieda tal-pesta tal-1813.

Quddiem udjenza numeruża dalgħodu fix-Xagħra Għawdex, permezz ta’ atti mill-grupp XHRO, tfakkru ġrajjiet importanti li Malta għaddiet minnhom.

Il-banda tal-korp tal-Pulizija taħt id-direzzjoni tas-Surpretendent Anthony Cassar kompliet tpaxxi lin-nies preżenti b’mużika poplari Maltija, fosthom ‘Inti Djamant’. Aqra aktar

Titfakkar il-Vitorja f’Misraħ l-Assedju

Ilbieraħ filgħaxija, Misraħ l-Assedju fil-Belt Valletta ra mijiet ta’ nies jattendu għal serata kommemorattiva għal Jum il-Vitorja.

Din il-ġurnata mportanti fil-kalendarju Malti propju tfakkar ir-rebħa taż-żewġ assedji li saru fuq il-Gżejjer Maltin. Dak tal-1565 magħruf bħala l-Assedju l-Kbir u kif ukoll it-tieni Gwerra Dinija tal-1943, li b’kumbinazzjoni it-tnejn li huma ntemmu fit-8 ta’ Settembru.̧Aqra aktar

Jittellgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja

F’konferenza tal-aħbarijiet fi Ġnien il-Gardjola fl-Isla ttellgħu l-poloz tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja. Għal darba oħra l-Port il-Kbir se joffri sfond għal din ir-regatta li se jieħdu sehem fiha 7 distretti: il-Birgu, Birżebbuġa, Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa u Marsamxett li lkoll jipparteċipaw f’għaxar tlielaq f’żewġ kategoriji differenti, A u B. Din is-sena mistennija jieħdu sehem 120 qaddief li se jiżdiedu magħhom 25 sostitut b’għan komuni – li jirbħu x-shield tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja.Aqra aktar

Kif pajjiżna ċċelebra jum il-Vitorja

Jekk hux biċ-ċelebrazzjonijiet statali quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir, jew f’ xi waħda mill-lokaltajiet li jiċċelebraw l-Bambina jew saħansitra fuq xi naħa tal-Port il-Kbir fejn saru t-tiġrijiet tar-Regatta, f’ pajjiżna t-tmienja ta’ Settembru hu ċċelebrat bil-kbir. One News żar l-elementi tradizzjonali kollha tal-festa tal-Vitorja.
Aqra aktar

In-nies jibdew mit-triq!

Hekk kif illum, pajjiżna qed jiċċelebra Jum il-Vitorja, bosta kienu dawk li ddeċidew li jżuru l-Forti Sant’ Anġlu li matul il-jum tal-Ħamis huwa miftuħ għall-pubbliku. Kif jidher tajjeb f’dawn ir-ritratti mijiet qed joħonqu t-triq biex huma wkoll ikunu jistgħu igawdu veduta spettakolari kif ukoll jgħixu l-passat.
Aqra aktar

Send this to a friend