virus – One News

Notifiki

ATTENTI: Prodott li qed jinbiegħ f’Malta jista’ jkollu l-Listeria monocytogenes

 

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, informa lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li huma potenzjalment ikkontaminati bil-mikrobu Listeria monocytogenes.

Aqra aktar

Jinstab każ ta’ Ebola fil-Kongo

L-Organizzazzjoni għas-Saħħa Dinjija, WHO, ddikjarat li nxtered il-virus tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika ta’ Kongo.

Minn tal-inqas persuna waħda tilfet ħajjitha wara li ġiet infettata b’dan il-virus, skont informazzjoni li tat il-WHO.

Aqra aktar

ATTENTI! Prodott hawn Malta jista’ jkollhom in-norovirus

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li huwa potenzjalment ikkontaminat bin-norovirus.

Aqra aktar

Rapporti ġodda tal-virus Zika

L-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa qiegħda twissi li hemm ċans kbir li l-virus Zika jkompli jinfirex fil-kontinent Ażjatiku.

Dan wara mijiet ta’ rapporti tal-virus f’Singapor, u rapporti ġodda fit-Taljandja.

S’issa dan il-virus instab f’sebgħin pajjiż, b’dsatax minnhom ikunu fl-Ażja. Fir-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tissemma l-possibilità ta’ iktar rapporti tal-virus Zika f’pajjiżi oħra li s’issa kienu ħelsu minnu.

Dan il-virus huwa inkwetanti l-iżjed għal nisa tqal, hekk kif ġie marbut ma’ difetti tat-twelid. L-akbar u l-agħar każijiet rreġistrata s’issa kienu fil-Brażil.

41 infettati biz-Zika

Singapor ikkonfermat 41 każ tal-virus Zika li kienu trasmessi lokalment. Il-Ministeru tas-Saħħa qal li 36 minn dawk infettati kienu ħaddiema barranin fl-istess sit tal-kostruzzjoni, u kollha jgħixu fl-istess reġjun tal-pajjiż.

Aqra aktar

Send this to a friend