vilifikazzjoni | One News

Notifiki

Oppożizzjoni irresponsabbli li f’iżolament tibqa’ tippersisti fl-iżball

“Permezz tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, l-Oppożizzjoni għażlet li tibqa’ taġixxi b’mod irresponsabbli, tibqa’ tippersisti fl-iżball u tibqa’ iżolata.”

Dan intqal fi stqarrija tal-Ministeru għall-Ġustizzja, filwaqt li jingħad ukoll kemm huwa inaċċettabbli li l-Oppożizzjoni ddawwar l-att kundannabbli ta’ mibegħda fuq il-Koran f’ballun politiku.  “Huwa iktar inaċċettabbli li tipprova tallarma s-soċjetà li l-Gvern neħħa xi protezzjoni kontra dawn l-atti meta fil-fatt sar preċiżament bil-maqlub, u l-protezzjoni kontra l- mibegħda reliġjuża ssaħħet” tkompli tgħid l-istqarrija.

Aqra aktar

Id-dritt tal-espressjoni: “Irridu ngħidu affarjiet li jixxokkjaw lill-komunità”

Aktar espressjoni artistika u pieni aktar ħorox għall-pornografija estrema.

Dawn huma fost l-punti ewlenin tar-riforma fil-liġi taċ-ċensura li għall-ewwel darba tintroduċi wkoll ir-revenge porn bħala att kriminali.

Filfatt pajjiżna huwa wieħed mill-ewwel stati Ewropej li daħħal din il-liġi bħala att kriminali. Pajjiżna issa huwa wieħed mill-ewwel pajjizi Ewropej li għamel att kriminali t-tixrid ta’ pornografija bi tpatija.Aqra aktar

Send this to a friend