victim support malta | One News

Notifiki

Rakkont ta’ barranija li ġiet stuprata f’Malta

Ġiet f’Malta f’Jannar waħedha, imma wara xahar kellha tgħaddi minn esperjenza kerha ħafna.

Dan huwa r-rakkont ta’ barranija li ġiet hawn Malta tfittex ħajja aħjar. Kien nhar ta’ ġimgħa. Bħal jagħmlu ż-żgħażagħ kważi kollha, ħarġet ma’ sħabha.

Iżda tgħid li spiċċat f’appartament għarwiena u b’raġel fuqha, kontra l-volontà tagħha. Ir-raġel fajrilha daqqa ta’ ponn meta provat taħrab. Spiċċat barra fit-triq tħabbat il-bibien. Sabet raġel li fetħilha l-bieb, u flimkien ċemplu lill-Pulizija. Minkejja li ma kienx tul il-jum, social worker marret għandha. Tirrakkonta li ttieħdet id-dar, u Victim Support Malta għenuha billi  provdula pervizz psikoloġiku u avukat fost oħrajn.

Issa għaddew xhur, imma tgħid li Victim Support Malta xorta jinsabu hemm magħha. “I want girls to know that there is life after rape and there is help out there. Without any judgment or blaming, Victim Support  Malta will help”.

Segwi r-rakkont hawn:

Aqra aktar

Kieku jsir abbuż fuq ħabiba tiegħek…

Wara bibien magħluqa, dik il-mara jew dak ir-raġel li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli, żmien li mhux neċċesarjament ikunu jistgħu jitkellmu dwarhu. Il-vjolenza domestika hija realtá li mhux dejjem nisimgħu dwarha, iżda realtá kiefra li bosta vittmi jkunu għaddejjin minnha, xi kultant quddiem għajnejn it-tfal, dak it-tifel jew tifla li jisma’ u jara xeni li l-ebda wild m’għandu jara.
Aqra aktar

Send this to a friend