venezwela – One News

Notifiki

Carmelo Abela jappella biex il-Palestinjani u l-Iżraeljani jiġu mgħejuna

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela qal lill-ministri sħabu fl-UE li l-Unjoni trid toffri żviluppi tanġibbli kemm lill-Palestinjani kif ukoll lill-Iżraeljani jekk trid li żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala sieħeb kredibbli fil-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fi stqarrija qal li dan huwa żvilupp li se jibgħat messaġġ pożittiv ta’ involviment tanġibbli tal-UE mal-Palestina. Fl-istess waqt, Malta qed tagħti s-sapport tagħha l-idea li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael jitlaqqa’, bħala pjattaforma għad-djalogu u bħala opportunità eċċellenti biex jingħaddew messaġġi importanti.

Il-qagħda serja fil-Venezwela kienet ukoll fl-aġenda tal-Ministri u l-aħħar żviluppi f’dak il-pajjiż qabel l-elezzjonijiet presidenzjali skedati għat-22 ta’ April.

Malta qed titlob lill-UE biex tibqa’ tuża l-għodod kollha li għandha sabiex tinstab soluzzjoni demokratika.

Qorti fil-Venezwela attakkat mill-ajru

Il-Qorti Suprema tal-Venezwela safa attakkat wara li ntefgħu bombi tal-idejn minn ħelikopter f’każ li l-President Nicolás Maduro qed isejjaħlu bħala “attakk terroristiku”

Filmati fuq il-midja soċjali juri ħelikopter tal-Pulizija jdur madwar il-belt ftit qabel ma nstemgħu numru ta’ tiri u qishu ħoss ta’ splużjoni.

Uffiċjal tal-Pulizija seraq wieħed mill-ħelikopters fejn ħareġ stqarrija jsostni l-Gvern hu wieħed korrott. S’issa għadu mhux magħruf fejn jinsab l-individwu.

 

 

Ikompli l-inkwiet fil-Venezwela

L-avversarji tal-President tal-Venezwela Nicolas Maduro poġġew ostakli fit-toroq u tellgħu dimostrazzjoni jitolbu li jsiru l-elezzjonijiet. Dan hekk kif is-sitwazzjoni politika u ekonomika qed issir iktar serja.

Huma sfidawh wara li qal li se jkun qed jagħmel kostituzzjoni ġdida biex jitwaqqaf dan l-inkwiet li minħabba fih mietu madwar 28 persuna.

Aqra aktar

Send this to a friend