Vatikan – One News

Notifiki

Investigazzjonijiet dwar allegat reati finanzjarji fil-Vatikan

Il-Pulizija tal-Vatikan għamlu raid fl-uffiċji tas-Segretarjat tal-Istat tal-Vatikan u l-Awtorità tal-Infromazzjoni Finanzjarja tagħha, l-AIF. Matul il-jum tat-Tlieta il-pulizija elevaw dokumenti u apparat elettroniku bħala parti mill-investigazzjoni li għaddejja bħalissa dwar is-suspett ta’ irregolaritajiet finanzjarji. Huwa maħsub li din hija l-ewwel darba li ż-żewġ dipartimenti qed issirilhom tfittxija għal provi li jinvolvu allegat reati finanzjarji. Aqra aktar

Bergoglio jagħlaq ħames snin Papa tal-Knisja Kattolika Rumana

Bħal-lum ħames snin ilu 13 ta’ Marzu 2013 fil-ħin preċiż tan-12.28 ta’ filgħodu tħabbar Papa ġdid.

Papa Franġisku huwa l-266 Papa tal-Knisja Kattolika Rumana.

Jorge Mario Bergoglio huwa l-isem propja tal-Papa li għażel l-isem ta’ Franġisku ad unur il-qaddis San Franġsik t’Assisi.

Din is-sena l-Papa jgħalaq 82 sena.

Huwa Papa maħbub b’mod speċjali għall-mod kif iwassal il-kelma ta’ Kristu b’eżempju għaliex jagħmel karità mal-fqar.

RITRATTI: Il-presepju Malti armat f’Betlehem

Il-Presepju Malti li s-sena li għaddiet kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, issa qiegħed metri ’l bogħod minn fejn seħħet il-ġrajja elfejn sena ilu f’Bethlehem.

Ftit jiem qabel il-Milied, kif jidher fir-ritratti li kiseb ONE NEWS,  il-presepju jinsab armat lest f’Betlehem, presepju li qed ipaxxi l-għajnejn bit-talent Malti.

Il-presepju Malti se jiġi inawgurat wara quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona. Preżenti għall-inawgurazzjoni hemm il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u s-Sindku ta’ Betlem Anton Salmon flimkien mar-rappreżentant Maltin fil-Palestina Reuben Gauci.

 

Aqra aktar

L-Abbatini Maltin mal-Papa Franġisku fil-Vatikan

Il-Papa għoġbu jiltaqa’ mat-tieni grupp tal-abbatini Maltin li bħalissa qegħdin jaqdu s-servizz liturġiku fil-Bażilika ta’ San Pietru. Il-Papa qal li kien pjaċir tiegħu jiltaqa’ ma’ dawn it-tfal.

Hu sellem lil kull abbati wieħed wieħed, mar f’nofshom minn rajgħ għar-ritratt u wara talab magħhom l’Ave Marija.Aqra aktar

Send this to a friend