vannijiet | One News

Notifiki

Żewġ vannijiet ġodda għall-Aġenzija Sapport

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva  Justyne Caruana, uffiċjalment inawgurat żewġ vannijiet bil-lifts ġodda biex jiġu wżati mill-Aġenzija Sapport sabiex jagħtu servizz għall-persuni b’diżabilità.  B’kollox dawn il-vannijiet għandhom kapaċitàta’ sbatax-il persuna kull wieħed. 

“Din hija konferma oħra tal-impenn tal-Gvern li jagħti servizz ta’ kwalità lil dawn il-persuni u li jgħin ukoll lill-familji tagħhom,” qalet Dr Caruana. 

Esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-akkwist ta’ dawn il-vannijiet li jiffurmaw parti mill-programm ta’ tiġdid li għaddejkontinwament fil-qasam tal-aċċessibilità u sikurezza għall-persuni b’diżabilità anke meta dawn ma jkunux fl-infrastrutturi tal-Aġenzija Sapport.  Hija qalet li dawn il-vannijiet il-ġodda huma biss il-bidu ta’ aġġornament sħiħ fil-qasam tat-transport għal dawn il-persuni.  Hija fissret kif dan qed isir biex iżid is-sigurtà għall-persuni b’diżabilità fil-vettura permezz ta’ ċintorini ta’ sigurtà f’kull sedil skont l-istandards tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà.

Aqra aktar

Send this to a friend