valletta 2018 | One News

Notifiki

Jitħabbru r-rebbieħa ta’ kompetizzjonijiet relatati mas-sena Ewropea tal-Wirt Kulturali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ppreżenta l-premji ta’ żewġ kompetizzjonijiet li ġew organizzati bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali. Waħda minn dawn il-kompetizzjonijiet kienet għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji, waqt li l-oħra kienet immirata għal dilettanti u prattikanti tal-fotografija.

Aqra aktar

FILMAT: “Valletta 2018 għalqet bil-kbir”

Is-Sibt filgħaxija l-Belt Valletta għalqet bil-kbir is-sena li matulha ġarret it-titlu ta’ belt kapitali Ewropea tal-Kultura.

L-Aħħar Festa, l-attività uffiċjali tal-għeluq ta’ Valletta 2018, ġiet iċċelebrata fi Pjazza San Ġorġ quddiem folla mdaqqsa.

Apparti l-ispettaklu dinamiku li ttella’ minn artisti bħal Ozzy Lino u l-gruppi Tribali u The Brass House Unit, ġie mgħoddi t-titlu lill-Kapitali Ewropea tal-Kultura li jmiss, lil Matera u lil Plovdiv.Aqra aktar

Sellem lill-Valletta 2018 fl-aħħar festa fil-15 ta’ Diċembru

Wara sena mill-aktar impenjattiva, b’aktar 400 attività kulturali bis-sehem ta’ eluf kbar ta’ Maltin u turisti, spettaklu kbir bis-sehem tal-grupp mużikali Tribali se jagħlaq is-separju tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

L-ispettaklu li se jittella’ s-Sibt 15 ta’ Diċembru, jagħmel parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Aħħar Festa, jiġifieri l-għeluq uffiċjali ta’ Valletta 2018.Aqra aktar

Mument ta’ kburija għall-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta

Mument ta’ kburija għall-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta meta din qed turi l-kapaċitajiet tagħha fi vjaġġ barra minn xtutna. Mhijiex xena komuni li ġo Times Square tara l-orkestra nazzjonali fuq screen kbir bit-titlu li l-Orkestra Maltija qed tiċċelebra l-50 anniversarju tagħha.

Aqra aktar

ARA: Kunċert minn Ira Losco parti miċ-ċelebrazjonijiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena

L-artista Maltija Ira Losco se tkun il-mistiedna ewenija taċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali tal-aħħar tas-sena li se tagħlaq is-separju mhux biss fuq l-2018, iżda wkoll fuq ir-renju tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Id-dettalji taċ-ċelebrazzjoni li se tilħaq il-qofol tagħha mat-tokki ta’ nofsilejl  f’Misraħ San Ġorġ tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet miċ-ċermen ta’ Valletta 2018 Jason Micallef, flimkien mal-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista.Aqra aktar

Send this to a friend