V18 | One News

Notifiki

Bil-Filmat: SterjoTipi

SterjoTipi hija band komposta minn erba’ mużiċisti li għandhom l-għan li jxerdu messaġġi diversi fuq is-soċjeta ta’ madwarhom u fuq il-ħajja nġenerali, permezz tal-mużika u l-lirika tagħhom li hija bil-Malti.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: 200 delegat minn madwar l-UE ospitati fin-Nadur

Mitejn delegat minn għadd ta’ għaqdiet differenti madwar l-Unjoni Ewropea, se jiġu f’pajjiżna biex iqattgħu ħamest ijiem jgħixu fin-Nadur, Għawdex.

Dan wara li n-Nadur intgħażel biex jospita l-avveniment annwali magħruf bħala ċ-‘Charter European of Rural Communities’. Iżda d-delegati li se jkunu f’pajjiżna mhux biss se jiddiskutu t-tema tas-solidarjetà, iżda se jduqun wkoll parti mill-kultura u t-tradizzjonijiet Għawdxin.

Filfatt, dawn il-mitejn delegat se jkunu ospitati minn familji Għawdxin fin-Nadur, biex jesperjenzaw kemm jistgħu l-ħajja Għawdxija.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, spjegat kif wara d-diskussjoni li se ssir, se jinkiteb rapport uffiċjali, li se jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea.

Aqra aktar

Allat Ċiprijotti u vikingi protagonisti fl-2017

L-Istennija għall-2018 meta l-Kapitali tagħna tkun iċ-ċentru tal-Kultura Ewropea qegħda kuljum tikber, bil-preparazzjonijiet isiru iktar mgħaġġla. Iżda, il-belt tagħna ssegwi bliet oħra li kellhom l-istess unur u  mat-tokki ta’ nofs il-lejl tal-2017 ħadu dan it-titlu żewġt ibliet oħra.

Aarhus fid-Danimarka u Pafos f’Ċipru se jkunu l-bliet kapitali Ewropej għal din is-sena, fejn il-programm se jibda fil-21 u fit-28 ta’ Jannar rispettivament.

Aqra aktar

Il-programm kulturali tal-Presidenza se jkun ‘dress rehearsal’ għal Valletta 2018

Dan huwa żmien fejn l-Unjoni Ewropea għandha terġa’ tingħaqad u l-kultura żgur tista’ tkun strument li jgħaqqad il-popli Ewropej. Dan kien il-messaġġ ewlieni li wassal is-Segretarju Parlamentari Ian Borg meta ħabbar il-programm kulturali għas-sitt xhur li ġejjin, liema programm se jiżżewweġ ma’ dak politiku.
Iktar minn 1,100 artist, il-parti l-kbira Maltin, se jesponu t-talenti tagħhom f’24 belt madwar id-dinja b’rabta ma’ din it-tema. 

Ara ritratti tal-Valletta Pagaent of the Seas

Ritratti ta’ dawk li qed jattendu l-Valletta Pagaent of the Seas imlew is-sit soċjali Facebook illejla.

Min ħa xi selfie bil-veduta maestuża tal-Port il-Kbir fl-isfond, u min ipprefera jiffoka fuq l-ispettaklu nnifsu. Min xeħet ritratti bejn il-ħbieb, min kien aktar romantiku u raha bħala okkażżjoni sabiħa għall-koppja u min ħataf l-okkażjoni u attenda bit-tfal, sabiex anke jgħallimhom ftit mill-maestà li kapaċi toffri l-belt kapitali tagħna.

Din il-kollezzjoni hi meħuda minn nies li jinsabu hemm u anke mill-paġna Facebook tal-fondazzjoni Valletta2018.

Aqra aktar

Send this to a friend