USA – Page 2 – One News

Notifiki

Nibdew niskopru min se jkun xiex taħt Trump

Donald Trump ta żewġ karigi importanti, issa li sar President-elett tal-Istati Uniti. Iċ-chief of staff tiegħu se jkun Reince Pirebus, li huwa chairman tal-Kumitat Nazzjonali Repubblikan – il-partit li f’ismu ikkontesta Trump.

p

Stephen Bannon, mill-aġenzija konservattiva tal-aħbarijiet Breitbart News, se jkun l-istrateġista welieni teigħu. Bannon issospenda ruħu temporanjament minn chairman eżekuttiv tal-aġenzija biex għen fil-kampanja ta’ Trump.

s

Clinton bil-pneumonia

Hillary Clinton, il-kandidata demokratika li qed taspira li tkun president tal-Istati Uniti, tinsab marida bil-pneumonia.

Kien waqt ċerimonja li fakkret il-vittmi tal-attakk terroristiku li seħħ fil-11 ta’ Settembru 2001 li Clinton ħassitha ma tiflaħx. Tobba qalu li waqt dik l-attività kellha nuqqas ta’ ilma, u għall-pneumonia qed tieħu l-antibiotiċi.

Minkejja li qalu li qed tirkupra, kellha tħassar iż-żjara tagħha f’California bħala parti mill-kampanja, liema żjara kellha tibda llum. Hija ilha ftit issofri minn sogħla relatata ma’ allerġiji.

Ir-Russja u l-Istati Uniti jaqblu dwar it-triq ‘l quddiem għall-kriżi Sirjana

Ir-Russja u l-Istati Uniti ħabbru li laħqu ftehim dwar is-Sijra, li għandu jibda billi jiefqu l-offensivi minn inżul ix-xemx ta’ nhar it-Tnejn.

Il-Gvern Sirjan għandu jwaqqaf missjonijiet ta’ ġlied f’zoni speċifiċi li ġew f’idejn l-opposizzjoni. Ir-Russja u l-Istati Uniti se jitsabilixxu ċnetru konġunt biex jissieltu kontra l-Istat Iżlamiku u l-ġellieda al-Nusra. Il-pjan għandu jippermetti l-wasla tal-għajnuna umanitarja.

Din l-aħbar waslet wara taħdidiet bejn is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry u l-ekwivalenti Russu, Sergei Lavrov. F’Ġeneva, fejn saru dawn it-taħdidiet, il-pjan se jkollu bżonn il-koperazzjoni kemm tar-reġim kif  ukoll tal-Opposizzjoni Sirjana, li t-tnej indikaw li lesti jimxu ma’ dan il-ftehim.

Aqra aktar

Hillary spalla ma’ spalla ma’ Kaine

Il-kandidata Demokratika Presidenzjali, Hillary Clinton għażlet lil Tim Kaine, senatur ċentrali minn Virginia biex jikkontesta magħha.
Clinton qalet dan il-Ġimgħa fuq Twitter u mistennija tħabbar dan formalment illum. Kaine jista’ jgħin fil-kampanja ta’ Clinton biex isaħħaħ l-appoġġ tal-pubbliku lejn il-Partit Demokratiku b’mod partikolari tal-Hispanic Americans.Aqra aktar

Send this to a friend