USA – One News

Notifiki

Mossa ta’ rieda tajba – tliet ċittadini tal-Istati Uniti jinħelsu mill-Korea Ta’ Fuq

Il-Korea ta’ fuq ħelset tliet ċittadini tal-Istati Uniti mill-ħabs.

Dan kien żvelat minn tweet tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Il-mossa qed titqies bħala ġest ta’ rieda tajba qabel is-summit storiku bejn Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un.

Trump qal li se jkun qed jawgura lit-tliet irġiel meta jaslu lura mas-segretarju tal-istat, Mike Pompeo, li kien fi Pyongyang biex jirranġa d-diskussjonijiet pjanati.

Kim Hak-song, Tony Kim and Kim Dong-chul kienu weħlu l-ħabs wara attivitajiet kontra l-istat.

Welldet tarbija f’latrina u issa għandha 30 xahar ħabs – tinsisti li ma riditx toqtlu

Żagħżugħa f’El Salvador ingħatat tletin xahar ħabs wara li nstabet ħatja ta’ omiċidju. Iż-żagħżugħa welldet tarbija bla ħajja f’latrina, wara li qatt ma marret għal eżamijiet mediċi. L-avukati tagħha saħqu li ma kinitx taf li tqila u li allura ma seħħ ebda delitt. Qalu li t-tqala kienet riżultat ta’ numru ta’ każijiet ta’ stupru li qatt ma rrapportat.

F’El Salvador, l-abort huwa illegali f’kull ċirkostanza. F’April tas-sena li għaddiet, Evelyn Beatriz Hernandez Cruz welldet fil-latrina tad-dar tagħha f’komunità rurali. Hija intilfet minn sensiha wara li tilfet ammont kbir ta’ demm. Ħdax-il jum wara, beda każ il-Qorti, u minn dakinhar, inżammet fil-kustodja tal-Pulizija.

Aqra aktar

Trump se joħroġ b’waħda ġdida nhar it-Tnejn jew nhar it-Tlieta

Il-President Amerikan Donald Trump qed jikkonsidra ordni eżekuttiva ġdida biex iwaqqaf ċittadini ta’ ċertu pajjiżi milli jivjaġġaw lejn l-Isttai Uniti, wara li l-ewwel attentat tiegħu falla grazzi għall-Qrati Amerikani.

Lil ġurnalisti fuq ajuplan tal-Air Force One, Trump qal li ordni ġdida aktarx tinħareġ nhar it-Tnejn jew nhar it-Tlieta. L-ordni oriġinali kienet biex nies minn seba’ pajjiżi Musulmani ma jitħallewx jidħlu l-Istati Uniti. Issa qal li l-ordni l-ġdida se tbiddel ftit li xejn, imma ma provdiex iktar dettalji.

Jeff Sessions ikkonfermat Avukat Generali tal-Istati Uniti

Is-senat Amerikan ikkonferma lis-Senatur ta’ Alabama Jeff Sessions bħala l-avukat ġenerali tal-Istati Uniti. Dan wara li kien innominat tal-President Amerikan Donald Trump.

Id-deċiżjoni ittieħdet wara smigħ li ħa ħin mhux ħażin u li tulu spikkaw l-attakki tad-Demokratiċi dwar ir-rekord ta’ Jeff Sessions fid-drittijiet ċivili.

Filfatt,  kelliema għad-demokratiċi kienet mwaqqfa milli titkellem u dan meta ssemmew allegazzjonijiet ta’ razziżmu fil-konfront ta’ Sessions.

Aqra aktar

L-istat ta’ Seattle jiddeċiedi li jwaqqaf il-‘Muslim ban’ ta’ Trump

Imħallef Amerikan f’Seattle ħareġ waqfien temporanju għad-deċiżjoni tal-Prisedent Donald Trump li ma tħallix vjaġġar minn seba’ pajjiżi Musulmlani.

L-Imħallef James Robart iddeċieda kontra l-auvkati tal-Gvern, li qed jinsistu li stati Amerikani m’għandhomx id-dritt jopponu l-ordni eżekuttiva ta’ Trump.

Intant id-deċiżjoni ħolqot protesti u taħwid fl-ajruport Amerikani. Madwar 60,000 visa ttieħdet lura minn meta Trump ħabbar id-deċiżjoni. Iżda uffiċjali mill-White House iddeskrivew id-direttiva ta’ Trump bħala legali u f’lokha.

Trump irid lin-nisa jilbsu ‘ta’ nisa’

Il-President Amerikan Donald Trump jidher li għamel ċertu standards fejn jidħol il-mod kif jilbsu n-nisa li jaħdmu l-White House. Jemmen li kif tidher huma importanti immens meta tkun fil-qalba tat-tmexxija presidenzjali. Apparentament qal lill-ħaddiema li n-nisa għandhom jilbsu ‘ta’ nisa’ u l-irġiel jilbsu l-ingravajjet. In-nisa għandhom jilbsu lbiesi, iżda jekk jinsistu li jilbsu affarijiet bħal jeans, għandhom jidhru puliti.

Naturalment, ir-rispons fuq l-internet kien enormi, bin-nies itellgħu kull xorta ta’ ritratti bil-hashtag DressLikeAWoman.  L-uffiċjal tal-Pulizija Elizabet Rooney (li tidher fir-ritratt ta’ fuq) spikkat b’ritratt bl-uniformi, u kitbet li se tibda tilbes ‘ta’ mara’ meta Trump jibda jġib ruħu ta’ president.

Aqra aktar

L-inkwiet ikompli jberren fl-Istati Uniti – id-Demokratiċi jagħmlu boycott

Demokratiċi fil-Kumitat tal-Finanzi tas-Senat Amerikan qed jagħmlu boycott fuq il-vot li jrid jitfgħu għal żewġ persuni li nnomina Donald Trump.

Qed jinsistu li jridu jkunu jafu aktar dwar l-attivitajiet finanzjarji tan-nominat Tom Price, li Trump iridu responsabbli mill-qasam tas-saħħa, u Stephen Mnuchin, li jridu responsabbli mit-teżor.

Hemm aktar deċiżjonijiet ta’ Trump li jridu jaffaċjaw vot, fosthom Jeff Sessions bħala Avukat Ġenerali. 

Maltin iqumu kontra Trump

“Donald Trump rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-2016 u issa qed jaħtar nies b’mod li jqajjem bosta suspetti. Iċ-ċittadini qed jistaqsu kif in-nazzjoni jista’ jimxi ‘l quddiem b’kap li huwa omofobiku, razzist, xenofobiku u sessist”.

Hekk inkiteb fuq is-sit change.org; sit fejn ikunu ffirmati petizzjonijiet li f’ċertu okkażjonijiet verament iwasslu għal biddla.

Din il-petizzjoni s’issa iffirmawha aktar minn 107,908 persuna, iżda jonqos ħafna aktar għall-ammont mixtieq.

Aqra aktar

Pete Buttigieg kandidat għat-tmexxija tal-Partit Demokratiku

• Iben Malti li mar l-Istati Uniti jistudja għall-PHD

• Kien Malta għaċ-CHOGM fl-2015

Pete Buttigieg, is-Sindku ta’ South Bend, f’Indiana, għamel uffiċjali n-nomina tiegħu għall-chairman tal-Partit Demokratiku fl-Istati Uniti. Buttigieg huwa iben Malti li mar l-Istati Uniti biex jistudja f’livell ta’ dottorat u meta fl-2015 kien Malta għal ‘business forum’ bħala parti mill-konferenza tal-istati membri tal-Commonwealth kien iddeskriva lilu nnifsu bħala x’aktarx l-uniku politiku fl-Istati Uniti ta’ dixxendenza Maltija.Aqra aktar

Jgħid li Trump ikun qed jagħmel “l-ikbar ġennata”

Id-direttur tas-CIA wissa lill-President elett Donald Trump li jekk itemm il-ftehim nukleari mal-Iran, ikun hemm riperkussjonijiet “diżastrużi” u tkun “l-ikbar ġennata”. F’intervista mal-BBC, John Brennan wissa wkoll lill-President il-ġdid ikun attent ħafna għall-wiegħdiet tar-Russi. Weħħel f’Moska bħala r-raġuni wara ħafna mit-tbatija li hemm bħalissa fis-Sirja.

Fil-kampanja tiegħu, Trump kien iddikjara l-itenzjoni tiegħu li jwaqqaf il-ftehim mal-Iran, u qal ukoll li se jaħdem aktar fil-qrib mar-Russja.

Brennan mhux se jkun aktar kap tas-CIA meta jispiċċalu t-terminu, wara li serva għal erba’ snin.

Send this to a friend