Università – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jżur lill-istudenti

Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar lill-istudenti fil-Junior College u l-Università ta’ Malta.  Dan waqt il-ġimgħa ddedikata għal dawk li għal l-ewwel sena se jistudjaw f’dawn l-istituzzjonijiet edukattivi, magħrufa bħala Freshers’ WeekAqra aktar

Malta l-ewwel pajjiż fid-dinja b’Università tar-raba età

Malta se tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li se jkollha l-Universita tar-Raba età. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani Anthony Agius Decelis f’konferenza tal-aħbarijiet mill-bini tal-Universita. Agius Decelis spjega li grazzi għal ftehim li sar mal-Universita ta’ Malta se jibdew jittellgħu sessjonijiet tal-Università ġdida tar-Raba età għall-anzjani f’San Vinċenz de Paul u f’dar San Ġużepp fil-Fgura. Sostna li din hija prova oħra ta’ kemm il-Gvern għandu għal qalbu l-ġustizzja soċjali u sar pass ieħor kbir biex ħadd ma jibqa socjalment eskluż.

Il-Pro Rettur tal-Università Carmen Sammut spjegat li l-ħsieb tal-Universita huwa li toħroġ dejjem aktar mill-kampus sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu aktar nies. Spjegat li l-Universita tat-tielet età bdiet 25 sena ilu u l-għan prinċipali tagħha huwa sabiex iżomm in-nies attivi fil-komunità.Aqra aktar

Riċerkaturi Maltin jiżviluppaw test li jaqbad il-kanċer minn qabel

Riċerkaturi tal-Università ta’ Malta żviluppaw numru ta’ testijiet ġodda għall-kanċer tas-sider li mistennija jtejbu t-testijiet eżistenti u jagħmluhom inqas invasivi minn kif nafuhom bħalissa.

Il-Professur Geodfrey Grech, li huwa wieħed mil-koordinaturi ta’ dan il-proġett, spjega kif dawn it-testijiet issa huma kapaċi li jaqbdu tipi diversi ta’ kanċer minn test tad-demm. Dawn it-testijiet janalizzaw it-tumuri, li s’issa seta jkun analizzat mill-materjal tiegħu stess, iżda r-riċerkaturi żiedu s-sensittività ta’ dawn il-metodi, biex illum il-partiċelli tat-tumur li jkunu fid-demm ukoll jistgħu jiġu analizzati.

Il-Professur Grech spjega li minn dawn it-testijiet li huma iktar sensittivi tista’ tieħu informazzjoni fuq il-pazjenti mhux biss fil-bidu tad-dijanjożi, iżda tista’ tibqa’ tistħarreġ lill-pazjent waqt it-terapija. Qal ukoll li issa li l-prodott jista’ jiġi kkumerċjalizzat, qegħdin janalizzaw ukoll dawn it-testijiet fuq il-kanċer tal-musranaAqra aktar

Il-President tingħata dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester

Nhar il-Ġimgħa, f’Leicester l-Ingilterra, il-President ta’ Mata Marie-Louise Coleiro Preca ngħatat dottorat tal-liġi honoris causa mill-Università ta’ Leicester.

Fl-okkażjoni tal-għoti ta’ dan l-unur, il-President kellha dedika speċjali lit-tfal kollha ta’ Malta u tar-Renju Unit. Hija qalet li dawn it-tfal mingħajr aċess għall-edukazzjoni qed jiġu mċaħħda minn dritt uman fundamentali, u anke minn dritt fundamentali li t-tfal għandhom u li jissemma fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-Ġnus Magħquda – liema konvenzjoni din is-sena tagħlaq 30 sena minn mindu ġiet iffirmata mill-parti l-kbira tal-pajjiżi tad-dinja.

Fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, il-President rringrazzjat lill-Università ta’ Leicester għal dan l-unur, u faħħret lill-istess istituzzjoni għas-sens ta’ inklużjoni li tħaddan u l-promozzjoni tal-valuri fosthom tad-dinjità umana. Il-President kienet akkumpanjata mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit Joseph Cole.

Spazju ġdid fl-Università għall-istudju u l-mistrieħ

Kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u l-bank APS wasslet għall-bini ta’ kabina ġdida fl-Università li se toffri spazju għall-istudenti.

Dan l-ispazju se jkun jista’ jintuża mill-istudenti waqt l-istudji tagħhom, kemm biex jaħdmu kif ukoll biex jirralssaw xi ftit.Aqra aktar

Send this to a friend