Universita' ta' Malta | One News - Part 2

Notifiki

Opportunità biex l-istudenti Universitarji jiskopru karrieri relatati mal-istudji tagħhom

25 kumpanija jew entità jinsabu miġburin fl-Universitá ta’ Malta bil-għan li joffru opportunità lill-istudenti universitarji biex jiskopru u jiddiskutu dwar opportunitajiet ta’ xogħol relatati mal-studji tagħhom. Din hija magħrufa wkoll bħala Career and Job Exposure Week.

Fost il-kumpaniji wieħed isib dawk relatati mal-ospitalità, oħrajn mid-dinja diġitali jew dik infrastrutturali.

L-attività, li hija organizzata mill-Kunsill tal-Istudenti Universitarji, ilha tiġi organizzata għal diversi snin u ta’ kull sena serviet biex l-istudenti jiskopru niċeċ ġodda relatati mal-studji tagħhom.

Charles Miceli fi skeċċ minn Ġorġ Mallia

Ġmiel ta’ skeċċ li juri lil Charles Miceli.

Dan sar minn Ġorġ Mallia li huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Midja u l-Komunikazzjoni fl-Università ta’ Malta fejn esprima li permezz ta’ dan l-iskeċċ mhux se ssir ġustizzja ma’ Miceli u anqas se tiġi deskritta t-telfa kbira tiegħu għall-fqar, nies bla dar u dawk li huma inqas ipprivileġġjati f’Malta.

Riċerka li se twassal għal korsijiet lill-Pulizija

Iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għas-sigurta nazzjonali u l-Universita ta’ Malta.

Ftehim li ser iwassal biex l-Universita ta’ Malta tagħmel riċerka dwar is-sigurta nazzjonali, il-kriminalita f’Malta u l-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Permmezz ta’ din ir-riċerka se jitfasslu korsijiet fuq livell ta’ Masters u Ph.D għall-uffiċjali tal-korp tal-pulizija u dawk li għandhom interess joffru servizz lill-korp.

Ir-riċerka se titmexxa minn Gordon Sammut – senior lecturer fl-Universita ta’ Malta.

Aqra aktar

Konferma li Busuttil ntgħażel bla sejħa

Kien hemm konferma li Simon Busuttil ingħata l-ħatra l-ġdida tiegħu fl-Università ta’ Malta b’għażla diretta u mingħajr ebda sejħa.

Fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Byron Camilleri, il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, ikkonferma meta qal “Ninsab infurmat li l-individwu msemmi mill-Onor. Interpellant ġie kkuntattjat direttament mill-Fakultà tal-Liġi u ġie assenjat dmirijiet bħala Lettur Każwali mad-Dipartiment għal-Liġi Ewropea u Komparattiva għas-sena akkademika.”

Kien fl-aħħar ġimgħat li sar magħruf li l-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, daħħal saqajh fl-Università ta’ Malta bħala lettur. Għalkemm sa issa beda t-tagħlim fi credit wieħed bin-nies fil-fakultà tal-liġi jgħidu li l-għan ta’ Simon Busuttil hu li jżid mas-sigħat li ngħata sa issa, u saħansitra qed jipponta lejn karigi importanti f’dipartimenti li għandhom x’jaqsmu mal-liġi Ewropea.

Simon Busuttil qed jgħallem il-liġi tas-suq intern tal-Unjoni Ewropea lil studenti li jridu jsiru avukati.

L-Università għandha diversi fakultajiet, ċentri u istituti u Simon Busuttil kien qed jgħarrex biex jara kif se jidħol fi tnejn minnhom. Minbarra l-fakultà tal-liġi, Simon Busuttil huwa interessat ukoll fl-Istitut għall-Istudji Ewropej fejn diġà kien eżaminatur.

Anke jekk f’dan il-każ ma jkun sar xejn illegali, kien hemm min qal li kien sorpriż li Simon Busuttil ħa l-kariġa wara li tant jitkellem fuq governanza tajba u għamel attakk fuq għexieren ta’ persuni kkwalifikati għax forsi ngħataw ħatriet jew rwoli importanti mingħajr sejħa.

Iktar minn hekk jidher li l-post tiegħu fil-fakultà kien determinat mingħajr ma kienu kkonsultati uffiċċji oħra importanti fl-istess istituzzjoni edukattiva. Simon Busuttil qed ifittex skopijiet ġodda f’ħajtu wara li wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar telfa elettorali fl-istorja.

Saħansitra kien injora diversi talbiet mill-Partit Nazzjonalista biex iwarrab minn membru parlamentari bil-għan li jagħti spazju lill-kap il-ġdid. Fl-aħħar xhur saru wkoll diskussjonijiet dwar jekk għandux ikun kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bil-għan li jsib ruħu bħala MEP.

Fil-fatt, il-mod kif iġib ruħu fil-Parlament u l-persistenza tiegħu fl-attakki kontinwi fuq il-Gvern u esponenti tiegħu huma indikjazzjoni ċara oħra li Busuttil huwa mħajjar jikkontesta din l-elezzjoni, li se tkun qed issir f’Mejju tas-sena d-dieħla.

Aqra aktar

Akkademiku mill-Università ta Malta fit-Tim Ewlieni li qed Iwaqqaf Organizzazzjoni Xjentifika Internazzjonali

Dr Ing. Nicholas J. Sammut (Deputat Dekan Fakultà tal-ICT, l-Università ta’ Malta) huwa parti mit-tim ewlieni li qed jistabbilixxi organizzazzjoni xjentifika internazzjonali fil-Balkani. B’investiment kapitali ta ‘madwar €300 miljun, din il-faċilità se tkun l-akbar tat-tip tagħha fir-reġjun. L-Istitut Internazzjonali għat-Teknoloġija Sostenibbli tal-Ewropa tax-Xlokk (SEEIIST) se jkun ibbażat fuq l-istess mudell li ntuża biex iwaqqaf l-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari (CERN) fl-Isvizzera fl-1954 b’għan primarju li tintuza x-Xjenza għall-Paci.

L-inizjattiva għadha kif ġiet iffirmata minn disa’ stati membri tal-Balkani u ġiet ippreżentata lill-komunità xjentifika f’forum f’Jannar 2018 fi Trieste, l-Italja. L-avveniment kien appoġġjat mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO), l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), is-Soċjetà Fiżika Ewropea (EPS), iċ-Ċentru Internazzjonali Abdus Salam għall-Fiżika Teoretika (ICTP) u il-Ministeru tax-Xjenza tal-Montenegro.

Aqra aktar

Simon Busuttil idaħħal siequ l-Università

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, daħħal saqajh fl-Università ta’ Malta bħala lettur. Għalkemm sa issa beda t-tagħlim fi credit wieħed, one.com.mt hija nfurmata min-nies fil-fakultà tal-liġi li l-għan ta’ Simon Busuttil hu li jżid mas-sigħat li ngħata sa issa u saħansitra qed jipponta lejn karigi importanti f’dipartimenti li għandhom x’jaqsmu mal-liġi Ewropea.

Simon Busuttil qed jgħallem il-liġi tas-suq intern tal-Unjoni Ewropea lil studenti li jridu jsiru avukati. Kien il-Prim Ministru, Joseph Muscat, li llejla saħansitra nnota dan il-fatt fil-parlament meta kien qed jitkellem fuq l-awtonomija tal-università fejn il-gvern ma jindaħalx u aħseb u ara kemm jindaħal f’istituzzjoni privata bħal AUM li ma jiffinanzjax hu kuntrarju għall-Università ta’ Malta.

Aqra aktar

Skoperti l-ibħra bejn Malta u l-Libja

L-ibħra bejn Malta u l-Libja kienu l-unika partijiet fil-baħar Meditteran li qatt ma’ ġew studjati.

Madankollu l-Università ta’ Malta f’ dawn l-aħħar ġimgħat imbarkat fuq ħidma sabiex jibdew jiġu esplorati dawn l-ibħra fejn fost oħrajn tniżżel ‘Sea Glider’ taħt il-baħar.

Aqra aktar

L-istudenti jirreaġixxu: Ma jridux li d-dibattitu jkun manipulat mill-PN

Ilbieraħ, inkixef il-pjan tal-PN dwar id-dibattitu tal-Università mis-sit tal-aħbarijiet tal-Università ta’ Malta, INSITE.

L-INSITE żvelat korrispondenza bejn studenti Nazzjonalisti li fosthom kien hemm Gabriel Micallef, il-President tal-Għaqda Studenti Demokristjani (SDM), bl-għan li jimmanipulaw id-dibattitu li se jsir bejn il-mexxejja nhar l-Erbgħa 17 ta’ Mejju.

Kien għalhekk li grupp ta’ studenti Universitarji bdew petizzjoni onlajn biex dan id-dibattitu jsir fl-apert minflok li jsir f’Sir Temi Zammit Hall li jesa’ biss 800 student minkejja li jattendu l-Università ta’ Malta 10,000 student.

Aqra aktar

Sodisfatti bit-tibdil tar-regoli mill-Università ta’ Malta

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar il-mod kif ipproċediet l-Università ta’ Malta wara li s-sena li għaddiet saritilha kritika minn Emily Slater, studenta bl-awtiżmu li tkellmet f’seduta tal-Euroscola fil-Parlament ġewwa Strasburgu.

Slater kienet tkellmet dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom persuni li għandhom xi forma ta’ “learning difficulty” biex ikomplu l-istudji tagħhom ġewwa l-Università ta’ Malta minħabba nuqqas ta’ xi suġġetti bażiċi. Minn dakinhar kienet bdiet diskussjoni dwar dan is-suġġett fejn saħansitra saru diversi konferenzi li fihom tqanqal dan l-appell. Fost dawn kien hemm il-konferenza organizzata mill-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà u Prorettorat f’Novemberu li għadda.

Aqra aktar

Sponsorship għad-Dipartiment tal-Assigurazzjoni fl-Università ta’ Malta

Ftehim iffirmat mid-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Università ta’ Malta, u l-Malta Insurance Association (MIA) se jwassal għal sosten finanzjarju tal-attivitajiet kurrikulari tad-Dipartiment mill-MIA. Dan se jsir fuq sentejn. Il-ftehim ġie ffirmat mir-Rettur, il-Professur Alfred Vella f’isem l-Università u d-Direttur Ġenerali tal-Malta Insurance Association, Adrian J. Galea.

L-MIA tirrappreżenta l-interessi ta’ kumpaniji u aġenziji tal-assigurazzjoni indiġeni bi priċipali barranin. L-isponsorship se jippermetti lid-Dipartiment ikompli jipprovdi korsijiet fl-assigurazzjoni, jinvolvu akkademiċi minn barra l-pajjiż u anki jorganizza seminars.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, qal li l-iffirmar ta’ ftehim bħal dan jirrifletti l-istandards għoljin tas-Servizzi Finanzjarji, u b’mod partikolari tas-Servizzi tal-Assigurazzjoni, li Malta rnexxielha tilħaq tul is-snin. Bħala wieħed mill-pilastri, is-Servizz tal-Assigurazzjoni f;Malta kibru b’mod tal-għaġeb u d-domanda għal speċjalisti u prattikanti kkwalifikati fil-qasam tal-assigurazzjoni qiegħda dejjem tkun akbar mill-provvista. Apparti mill-prospetti ta’ karriera li qed joffru l-membri tal-MIA, Malta esperjenzat ukoll tkabbir importanti fil-mod kif tattira atturi barranin lil jagħżlu lil gżiritna bħala l-fulkru tal-operat tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend