Universita' ta' Malta | One News

Notifiki

Aġġornata: Tinsterqilha t-teżi mil-librerija tal-Università

Esperjenza qarsa għal studenta universitarja li dalgħodu nsterqitilha t-teżi mil-librerija tal-Università ta’ Malta.
Il-każ seħħ wara li l-istudenta ħalliet il-basket fid-daħla tal-Librerija minħabba l-fatt li l-istudenti ma jitħallewx itellgħu l-basktet magħha waqt li jkunu qegħdin jagħmlu l-istudji tagħhom fil-librerija.

Aqra aktar

Tnedija taċ-Ċentru għall-Istudju u l-Prattika tar-Riżoluzzjoni tal-Kunflitti

Nhar it-Tlieta 22 ta’ Mejju l-Università ta’ Malta nediet uffiċjalment iċ-Ċentru tagħha għall-Istudju u l-Prattika tar-Riżoluzzjoni tal-Kunflitti – Centre for the Study and Practice of Conflict Resolution. It-tnedija kienet ippreseduta mir-Rettur, il-Professur Alfred J. Vella, li fil-kummenti ta’ introduzzjoni enfasizza l-missjoni doppja taċ-Ċentru.

Aqra aktar

Grupp ta’ xjentisti Maltin jgħin biex jiġi interċetat stazzjon spazjali Ċiniż

Grupp ta’ xjentisti Maltin ngħaqdu ma’ tim ta’ esperti internazzjonali dwar l-ispazju biex jiġi interċetat stazzjon spazjali Ċiniż li huwa mifhum li se jerġa’ jidħol fl-isfera tad-dinja fi tmiem il-ġimgħa li ġejja.

It-tim Malti mill-Istitut tal-Ispazju, Xjenza u Astronomija fi ħdan l-Università ta’ Malta qed jissorvelja l-ewwel prototip ta’ stazzjon spazjali Ċiniż: Tiangong-1. Dan qed jagħmlu b’teknoloġija sofistikata ffinanzjata mill-aġenzija spazjali Taljana.

Send this to a friend