Ungeriż | One News

Notifiki

“Game Show” Ungeriz jiffilmja avventuri estremi f’pajjizna

Spazji magħluqa, tixbit mal-irdum tal-Imtaħleb u nżul f’karozza fit-tank tal-faċilitajiet tal-films fir-Rinella huma wħud mill-avventuri estremi li qed jgħaddu minnhom sebgħa koppji Ungeriżi waqt il-ġbid ta’ produzzjoni Ungeriża f’pajjiżna.

Il-Produzzjoni The Bravest Couple mistennija tħalli f’pajjiżna maż-żewġ miljun ewro fl-20 jum li mistennija tieħu biex tinġibed f’Malta.

Il-produzzjoni se tixxandar fuq TV2, l-akbar stazzjon televiżiv Ungeriż u qed tinġibed f’għadd ta’ postijiet f’Malta fosthom iċ-Ċirkewwa, il-Birgu, il-Mellieħa u l-Palazz ta’ Selmun li fih qed jgħixu l-parteċipanti kuraġġjużi ta’ din is-sensiela u li waħda fosthom se tingħata t-titlu tal-aktar koppja qalbiena.Aqra aktar

IKKONFERMATA: il-katavru misjub fir-Ramla huwa ta’ żagħżugħ ta’ 17-il sena

Il-Pulizija ikkonfermat li l-kadavru li nstab nhar l-20 ta’ Lulju ġie identifikat bħala Ungeriż ta’ 17- il sena li nhar il-15 ta’ Lulju 2016, ma telax lura waqt li kien qiegħed jgħum ġewwa Marsalforn.

It-tfittxija għal Bence Murinai saret l-aktar fl-inħawi ta’ Għar Qawqla f’Marsalforn, għaliex kien hemm li niżel jgħum l-aħħar ma’ ħuh ta’ 15-il sena. Iż-żagħżugħ kien liebes malja blu u għaldaqstant kienet iżjed diffiċli għall-membri tas-salvataġġ isibuh.

Aqra aktar

Tintlemaħ xi ħaġa suspettuża fejn għeb iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena

Fil-menqa ta’ Marsalforn dehret xi ħaġa suspettuża li hemm ċans kbir li hi ġisem bla ħajja. Għalkemm dan it-tagħrif għad irid ikun ikkonfermat. B’imkejjen fil-Forzi Armata ta’ Malta u  d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jgħidulna li wieħed ma jistax ikun ċert qabel f’operazzjoni li għaddejja bħalissa l-uffiċjali jaslu biswit dak li ntlemaħ.

Jekk ikun ikkonfermat li dan hu katavru, allura ‘aktarx dan huwa l-katavru taż-żagħżugħ Ungeriż ta’ 17-il sena li iktar kmieni din il-ġimgħa għeb f’Marsalforn.

Aqra aktar

Send this to a friend