UEFA – One News

Notifiki

Poloz Champions League: Tispikka l-logħba bejn Juventus u Man. Utd

Hekk kif ilbieraħ filgħaxija telgħu l-poloz tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, dalgħodu ħafna Maltin fuq il-postijiet tax-xogħol, pjazez u forsi f’xi kafeterija jew bar qamu jiddiskutu l-aktar konfronti li spikkaw.

Ħafna tkellmu dwar Grupp H għaliex fih hemm fost l-oħrajn Juventus u Manchester United. Minn qam jitkellem dwar il-grupp diffiċli li għandhom Liverpool, Grupp C,  li mar-reds hemm PSG u Napoli u minn tkellem dwar l-isfida iebsa li teżisti fi Grupp B għaliex fih iridu jilagħbu kontra xulxin Barcelona, Tottenham, PSV u Inter.

L-inkeja ma naqsitx u kull minn għandu għal qalbu xi tim partikolari, żgur li prova jiġbed saqajn il-kollega tiegħu jew dak li miegħu kien qed jieħu kafè.

Il-gruppi huma dawk:-

Grupp A – Atletico Madrid, Borussia Dortmund, Monaco, Club Bruge
Grupp B – Barcelona, Tottenham Hotspur, PSV Eindhoven, Inter
Grupp C – Paris St Germain, Napoli, Liverpool, Red Star Belgrade
Grupp D – Lokomotiv Moscow, Porto, Schalke, Galatasaray
Grupp E – Bayern Munich, Benfica, Ajax, AEK Athens
Grupp F – Manchester City, Shaktar Donetsk, Lyon, Hoffenheim
Grupp G – Real Madrid, Roma, CSKA Moscow, Viktoria Plzen
Grupp H – Juventus, Manchester United, Valencia, Young Boys

L-ewwel logħbiet jibdew fit-18 u d-19 ta’ Settembru.

Suċċess għat-tim nazzjonali femminili tal-futbol ta’ taħt is-16-il sena

Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ lit-tim nazzjonali femminili ta’ taħt is-16-il sena fejn awguralhom għas-suċċess miksub.

It-Tim għadu kif rebħu tliet logħbiet f’turnew ta’ taħt is-16-il sena organizzat mill-UEFA li sar f’Malta.

Il-Prim Ministru qal li dan il-qasam qed narawh jiżviluppa iżjed imma rridu nkomplu ntuh aktar viżibilità.

Fl-aħħar, it-tim nazzjonali ngħataw tifkira tal-okkażjoni mill-Prim Ministru Muscat. Preżenti wkoll kien hemm l-Onorevoli Clifton Grima; Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ u s-sports.

Aġġornat: Il-plejers sospiżi għadhom fiċ-ċans li jappellaw

Sitt plejers tat-tim internazzjonali ta’ Malta ġew sospiżi mill-UEFA, tnejn minnhom għal għomorhom b’rabta’ ma’ każ ta’ korruzzjoni fil-logħbiet li t-team Malti lagħab kontra l-Montenego u r-Repubblika Ċeka.

Il-UEFA ħabbret id-deċiżjoni finali tagħha fi stqarrijja wara li kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha dwar is-sebà plejers tat-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena. Dan dwar żewġ logħbiet mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat tal-UEFA li ntlagħbu fl-2016.

Fid-deċizjoni tagħha, il-UEFA ssospendiet lil Emanuel Briffa u lil Kyle Cesare  għal għomorhom wara li rriżulta li influwenzaw b’mod illeċtu r-riżultat tal-logħob tat-tim jew inkella kienu jafu u ma’ qalu xejn.

Is-sena li għaddiet, Briffa u Cesare li kienu mixlija b’kompliċita f’dan l-allegat kaz ta’ korruzzjoni, ma nstabux ħatja li xxaħħmu biex jirranġaw ir-rizultati.Aqra aktar

Il-UEFA tipprojbixxi sitt plejers Maltin – tnejn minnhom għal għomorhom

Il-UEFA fi stqarrija li għadha kif ħarġet qalet li sitt pleyers li jilagħbu mat-tim ta’ Malta ta’ taħt il-21 sena ġew ipprojbiti b’mod differenti fosthom, tnejn minnhom: Emanuel Briffa u Kyle Cesare għal għomorhom.

UEFA bdiet investigazzjoni dixxiplinarja  kontra sebà plejers Maltin ta’ taħt il-21 sena li allegatament kisru diversi punti minn artiklu 12 tar-regolamenti dixxiplinarji fi ħdan il-UEFA. Dan jidher li huma relatati ma’ kwistjonijiet ta’ tbagħbis fil-logħob. L-investigazzjoni hi relatata ma’ żewġ logħbiet Ewropej taħt il-kappa tal-UEFA fil-kampjonat tal-2017 li ntlagħbu fit-23 ta’ Marzu minn Malta kontra l-Montenegro u fid-29 tal-istess xahar minn Malta kontra r-Repubblika Ċeka.

Aqra aktar

Dalwaqt Manchester United u Inter fl-Europa League

Illum jingħata bidu għal logħob mill-gruppi tal-UEFA Europa League, kompetizzjoni li f’dawn l-aħħar snin kompliet iżżid is-segwaċi tagħha meta tqis li din is-sen se jkunu qed jieħdu sehem timijiet popolari mal-Maltin bħal Manchester United u t-tim taljan ta’ Inter.

Fil-fatt, għal ħabta tas-seba’ ta’ filgħaxija tibda l-avventura tar-Red Devils f’partita xejn faċli kontra l-Olandiżi tal-Feyenoord. Għall-kowċ Jose Mourinho din se tkun l-ewwel partita tiegħu mal-United f’kompetizzjoni Ewropea. Mal-midja internazzjonali, Mourinho stqarr li avolja jippreferi jara lit-tim tiegħu fiċ-Champions League, xorta ma jnaqqasx mill-movitazzjoni biex tintrebaħ din it-tazza.

Aqra aktar

Se nkun Alla ta’ Manchester

Eric Cantona laqa’ lil Zlatan Ibrahimovic f’Old Trafford, iżda għamilha ċara li r-re ta’ Manchester se jibqa’ hu. Miegħu qabel l-istess Ibrahimovic għax f’dikjarazzjoni tipika minn tiegħu qal: “Nammira lil Cantona u smajt x’qal. Iżda, jien mhux se nkun ir-re ta’ Manchester, jien se nkun Alla ta’ Manchester!

Aqra aktar

It-tifel mill-Imtarfa li ħareġ ma’ Ronaldo

Karl huwa tifel ta’ disa’ snin mill-Imtarfa, li fis-semi finali tal-EURO 2016 ħareġ fil-grawnd ta’ Lyon mal-gowler tal-Portugal Rui Patricio.

Dan bħala parti minn programm li jara lit-tfal jeskortaw lill-plejers f’din il-kompetizzjoni ta’ livell internazzjonali. Karl, li l-plejer favorit tiegħu huwa El Shaarawy għex din l-esperjenza mill-isbaħ mat-tim immexxi mill-istilla Cristiano Ronaldo u li eventwalment għamilha għall-finali. Il-ferħ tiegħu huwa evidenti fil-filmat.

Aqra aktar

Send this to a friend