UE – Page 5 – One News

Notifiki

L-Istati Uniti lesta li tikkopera mal-Unjoni Ewropea

Il-Viċi-President tal-Istati Uniti, Mike Pence għamel żjara fi Brussell fejn iltaqa’ ma’ uffiċjali għoljin tal-UE, fosthom il-kap tal-Politika Barranija Federica Mogherini.

Huwa qal li l-Istati Uniti taħt it-tmexxija tal-President Donald Trump jibqa’ kommess biex jikoopera mal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Iktar Ministri bi preżentazzjoni fi Brussell

Illum il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel ġurnata jħuf fil-kurituri tal-Parlament Ewropew. L-għan ta’ dawn il-laqgħat kien li filwaqt li iktar Ministri Maltin kienu għaddejin bil-preżentazzjoni tal-prijoritajiet hu jipprova jsib minn jipprova jfixkel is-smigħ u jekk jista’ jkun jistaqsi dwar il-Panama minflok is-suġġett. Iżda ma rnexxilux jagħmel dan.

Tant li fi smigħ wara ieħor, fosthom dak fejn deher il-Ministru Konrad Mizzi, kienu biss id-deputati tal-Partit Nazzjonalista li tkellmu dwar il-Panama.

Diżappunt għal Busuttil, li allura kellu jsegwi ministru wara ieħor jitkellmu fuq il-prijoritajiet ta’ malta. Prijoritajiet li ntlaqghu tajjeb.

Aqra aktar

Mizzi u Dalli jispikkaw – nominati għall-MEP Awards 2017

Marlene Mizzi u Miriam Dalli huma nominati għal MEP Awards 2017.

L-Agriculture and Rural Development Award jagħraf l-eċċellenza ta’ membri ewro-parlamentari fen tidħol il-politika dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali. Dan jinkludi ħidma fil-politika komuni dwar l-agrikoltura, l-annimali u s-saħħa tagħhom, il-pjanti, prodotti agrikoli ta’ kwalità u l-foresti, fost suġġetti oħra. Marlene Mizzi hija nominata għall-kontribut tagħha fl-animal welfare.

Aqra aktar

Mal-immigranti li jiċċaqalqu mill-Italja u mill-Greċja

  • JAQBAD ĊERTU RITMU L-PROGRAMM TA’ RILOKAZZJONI
  • ESPERJENZI LI JGĦALLMU MINN MIN JAĦDEM FIL-QALBA TAL-ISFIDA

“Fejn se mmorru? Meta? Se mmorru l-Ewropa?” Dawn huma wħud mill-mistoqsijiet li jistaqsu immigranti, li jkunu daħlu l-Ewropa, lil Luca Caramagna, case worker Malti stazzjonat l-Italja; wieħed mill-pajjiżi minn fejn qed ikunu rilokati l-immigranti.

Dan bħala parti mill-programm ta’ rilokazzjoni tal-Unjoni Ewropea, programm li qed jara li jkunu rilokati 160,000 immigrant mill-Italja u 190,000 immigrant li bħalissa jinsabu l-Italja u l-Greċja.

Iż-żjara ta’ Luca Caramagna f’pajjiżna kienet ta’ ftit jiem u dan sabiex janalizza kif qed titħaddem is-sistema ta’ rilokazzjoni f’Malta, f’liema fażi daħal il-proġett u l-koperazzjoni li qed issir mill-awtoritajiet Maltin.

Mal-gazzetta KullĦadd Luca Caramagna stqarr li meta mqabbel ma’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea l-koperazzjoni li qed joffri pajjiżna hija fuq quddiem.

Aqra aktar

Bl-istabbiltà, prezz medju irħas mill-Unjoni Ewropea

Analiżi teknika ġimgħa b’ġimgħa mill-ewwel xahar tal-amministrazzjoni Laburista, li b’rabta mal-prezz tal-fuel għażlet l-istabbiltà, turi kif f’dan il-perjodu l-prezz tal-fuel f’Malta kien aħjar minn dak medju fl-Unjoni Ewropea.

Għal 152 ġimgħa mill-aħħar tliet snin u għaxar xhur il-prezz medju tal-petrol f’Malta kien irħas minn dak fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li fi tmienja minn kull għaxar ġimgħat il-konsumatur Malti ħallas prezz irħas mill-Unjoni Ewropea. Fil-każ tad-diesel il-konsumatur Malti ħallas prezz inqas f’sitt ġimgħat minn kull għaxra. Biex il-prezz tad-diesel f’Malta kien irħas f’117-il ġimgħa. B’hekk din l-analiżi ġabet fix-xejn ukoll rapport fit-Times of Malta li l-konsumatur Malti ħallas iktar prezz tad-diesel.

Aqra aktar

Ewropa pożittiva għall-Presidenza Ewropea ta’ Malta għas-sitt xhur li ġejjin

Ir-reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fi Strasborgu kienet reazzjoni ta’ pożittività li din il-Presidenza Maltija se tkun qed tagħmel id-differenza għall-Unjoni Ewropea li bħalissa għaddejjha minn żmien diffiċli.

Dan qalu l-Partit Laburista, li nnota kif il-Presidenti kollha tal-Gruppi Politiċi fil-Parlament Ewropew faħru l-preparazzjoni li għamlet Malta u l-prijoritajiet li poġġiet quddiemha li twettaq tul il-Presidenza fosthom aktar impenn favur il-kwistjoni tal-Immigrazzjoni u l-ħtieġa ta’ Ewropa aktar soċjali.

Il-Partit żied jgħid “in-negattività ta’ individwi mhux se xxekkel milli Malta tkun verament qed iservi ta’ pont fl-Unjoni Ewropea minkejja ċ-ċokon ġeografiku tagħha u dan kif qed isostnu Mexxejja Ewropej li kollha huma ottimisti”.

 

Il-Presidenza tal-U.E mhux importanti għal Busuttil

Il-Kap tal-Opożizzjoni Simon Busuttil fetaħ front ta’ firda fuq il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja  fejn daħħal il-partiġjanniżmu fuq livell Ewropew.

F’ intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista  Busuttil qal li l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew, li tiegħu hu membru l-Partit Nazzjonalista, li ser jsir f’ pajjiżna s-sena d-dieħla huwa l-akbar avveniment għall-elfejn u sbatax. Saħansitra qal li se jkun ikbar mill-Presidenza innifisha.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni kompla bl-attakk tiegħu fuq l-impjant tal-Gass f’ Delimara  fejn saħansitra semma l-membri tal-bord tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi personalment u appellalhom biex jitilqu ‘l barra u ma jivvutawx. Mossa li toħloq pressjoni politika fuqhom jum qabel ma’ jieħdu deċiżjoni dwar l-aħħar permess tal-Powerstation il-ġdida.

Aqra aktar

Il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija għall-qasam tal-Intern ippreżentati lill-Balkani tal-Punent

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, ippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija fil-qrib tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-qasam tal-Intern waqt il-Forum Ministerjali bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

Il-konferenza ġiet organizzata fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 2017 f’Brdo pri Kranju, fl-Islovenja, mill-Presidenza Slovakka tal-UE bl-appoġġ tal-Islovenja u f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Din hija laqgħa li ssir fuq bażi regolari minħabba l-interess kbir li għandhom kemm l-UE kif ukoll ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent fit-tisħiħ tal-koperazzjoni u fil-qsim tal-aħjar prattika fuq kwistjonijiet ta’ interess komuni fl-oqsma tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni. Aqra aktar

Send this to a friend