UE – Page 4 – One News

Notifiki

Casa se jissokta bil-ħmieġ

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa se jissokta bil-kampanja tieghu ta’ tfigh ta’ tajn u hmieg kontra Malta meta dalghodu se jindirizza konferenza stampa li matulha mistenni “jippubblika” rapport inkonklussiv tal-FIAU.
Dan ir-rapport li Casa ilu jxejjer f’idejh xhur sħaħ, diġa’ ġie miċħud mill-agenzija FIAU u saħansitra ntqal li r-rapport li jirreferi għalih Casa, huwa wieħed li mhuwiex finali.
David Casa huwa l-istess MPE parti mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ġiet Malta fuq missjoni ta’ “tfittxija għall-fatti”. Din il-missjoni rriżulta li kellha diġa’ l-konklużjonijiet dwar Malta lesti li anke saħansitra nkludew ammont ta’ informazzjoni skorretta fir-rapport finali.

Aqra aktar

Alfred Sant favur 5% żieda fil-paga minima fil-pajjiżi tal-UE

Alfred Sant qal li jekk l-Ewropa trid tiżgura suċċess fl-elezzjonijiet li qed joqorbu tal-Parlament Ewropew biex iservu ta’ tappa importanti għall-proġett Ewropew, l-istati membri jridu juru li wara snin ta’ awsterita`, qed jaħdmu favur titjib fil-qagħda tal-familji u ċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea kollha. Sant staqsa lil President tal-ECOFIN wasalx iż-żmien li ssir pressjoni biex il-paga minima tiżdied b’5% waqt laqgħa mal-Ministru tal-Finanzi Bulgaru Vladislav Goranov, President tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) tal-Presidenza Bulgara.

Vladislav Goranov, li ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ekonomija u l-finanzi, ma rreaġixxiex għall-proposta tal-Ewroparlamentari Malti.

Dr Sant argumenta li jekk titwettaq din il-proposta fl-istati membri, ikunu bbilanċjati d-diffikultajiet imqanqla mill-kompetizzjoni. Din il-proposta jekk issir tkun aktar effettiva biex jintlaħqu l-miri tal-inflazzjoni, mill-għodda monetarji li l-Bank Ċentrali Ewropew uża f’dawn l-aħħar snin. Miżura bħal din tista’ tiġi adottata biss f’livell ta’ Kunsill, qal Dr Sant.

“L-aħħar analiżi tas-sitwazzjoni ekonomika turi li l-espansjoni ekonomika fl-Unjoni Ewropea kollha u fiż-żona ewro għadha għaddejja, u saret aktar wiesgħa. Minħabba dan it-titjib ekonomiku, m’għadux jagħmel aktar sens li jintużaw l-argumenti dwar awsterità biex il-klassijiet tal-ħaddiem, il-klassijiet tan-nofs u l-pensjonanti jiċċaħħdu minn titjib fil-poter tax-xiri tagħhom, filwaqt li l-korporazzjonijiet qed jingħataw il-prosit talli qed iżidu fil-profitti tagħhom.”

F’dan ir-rigward, żieda fil-pagi tikkontribwixxi lejn l-irkupru ekonomiku billi tnaqqas l-inugwaljanzi u tiżgura livelli għoljin ta’ għixien fiż-żona Ewropea, qal il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew.

Protagonisti fil-ħidma favur dawk b’mard rari

L-iżvilupp u l-aċċess għal mediċini għal mard rari kien suġġett diskuss dalgħodu fil-Palazz il-Belt Valletta, mis-Sinjura Michelle Muscat, patruna ta’ Eurordis, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Michelle Muscat faħħret l-inizjattiva u l-passi li qed jittieħdu biex min għandu mard rari u l-familja ta’ dawn in-nies ikunu mgħejuna bl-aqwa mod. Tkellmet ukoll fuq il-fondazzjoni Marigold li tant taħdem ma’ dawn il-persuni, u rreferiet għall-fatt li rnexxilha tilħaq livelli internazzjonali.

Aqra aktar

Il-Kroazja u r-Rumanija jridu Unjoni Ewropea ikbar

Ir-Rumanija u l-Kroazja qalu li għandhom l-istess viżjoni fuq għadd kbir ta’ temi Ewropew fosthom li jridu Unjoni Ewropea ikbar.

F’laqgħa bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijiet mal-Lvant tal-Ewropa kienu fuq nett tal-aġenda.

Iż-żewġ pajjiżi, li fi żmien mhux imbiegħed se jkunu fil-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, iddiskutew dwar dan ukoll. Fost il-pajjiżi li ssemmew bħala li għandhom ikunu eqreb sew tal-Unjoni Ewropea hemm il-Moldova u l-Ukraina.

Approvat proġett ta’ Alfred Sant dwar sorsi ta’ enerġija nadifa għall-gżejjer tal-UE

 

Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan preparatorju mressaq mill-MEP Malti Alfred Sant biex gżejjer fi stati membri tal-Unjoni Ewropea jkunu minn ta’ quddiem biex jagħmlu l-bidla lejn il-ħolqien ta’ enerġija nadifa u juru s-soluzzjonijiet tagħhom fuq livell Ewropew. Il-KE ppubblikat l-ewwel rapport fuq l-implimentazzjoni ta’ ‘Azzjoni Preparatorja’ biex il-gżejjer jibdew jipproduċu l-elettriku tagħhom minn sorsi nodfa u jsiru awtonomi kemm jistgħu fil-provvista tal-enerġija.  Jekk jirnexxi dan il-proġett isir strument permanenti tal-UE. Il-proġett kien propost f’Awwissu li għadda minn Dr Sant bl-appoġġ tal-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula (S&D) u l-Ewroparlamentari Sqalli Michele Giuffrida (S&D).

Aqra aktar

“Se jasal jum meta l-Ingilterra jaf terġa’ tirritorna lura fl-UE”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, jinsab kunfidenti li l-Ingilterra se tkun qed terġa’ tagħmel parti mill-Unjoni Ewropea wara l-Brexit.

“Il-Brexit ma joġgħobnix għax nixtieq inkun fl-istess dgħajsa tal-Ingliżi,” qal Juncker. Hu kompla billi qal li l-Brexit ma jfissirx it-tmiem tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ifisser it-tmiem ta’ kull tip ta’ żvilupp li sar, lanqas ifisser it-tmiem tal-ambizzjonijiet kontinentali.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal li meta l-Ingilterra tinnotifikana, huwa d-dmir tagħna li nirreaġixxu b’draft tal-linja gwida tan-negozjati, dan biex jiġu ppreżentati lis-27 Stat Membru biex jikkunsidraw.

Aqra aktar

Il-passat tal-Unjoni Ewropea importanti daqs il-futur

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li d-deċiżjonijiet fuq il-futur tal-Ewropa għandhom ikunu msejsa fuq analiżi kritika u onesta tal-passat riċenti tal-Ewropa. Sfortunatament dan l-eżerċizzju qed jitħalla f’idejn il-populisti u d-demagogi, irrimarka l-Ewroparlamentari Malti waqt l-intervent tiegħu fid-dibattitu “Il-‘White Paper’ dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea”.

Aqra aktar

Is-Serbja tkompli tiddiskuti d-dħul fl-UE

It-tkabbir tal-Unjoni huwa ta’ importanza għall-Presidenza Maltija, għax jippromwovi l-istabilità, il-prosperità u riformi demokratiċi. Elementi li eventwalment jistgħu jerġgħu ikebbsu l-fiduċha fil-proġett Ewropew.

Aqra aktar

Presidenza li tpoġġi lill-artisti wkoll fil-qalba tal-Ewropa

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 hija assoċjata mal-aspett politiku. Madankollu, dawn is-sitt xhur li fihom Malta qiegħda fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-Ewropa, huma wkoll opportunità għat-talent lokali. Għalhekk il-Presidenza Maltija tal-UE qed tippreżenta programm kulturali vast u varjat maġenb dak politiku.

Ix-xahar ta’ Jannar, li ta bidu lil din il-Presidenza, għadda bħal leħħa ta’ berqa. Mhux inqas dak ta’ Frar, li segwieh b’diversi proġetti kulturali kbar. Fosthom hemm uħud li għadhom għaddejjin s’issa.

Aqra aktar

Send this to a friend