UE – Page 2 – One News

Notifiki

Il-PM Joseph Muscat fi Vjenna għal laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u tal-pajjiżi Afrikani

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jattendi Laqgħa tal-Livell Għoli bejn mexxejja tal-Unjoni Ewropea u mexxejja ta’ pajjiżi Afrikani, fi Vjenna. Il-laqgħa ssejħet mill-Kanċillier Awstrijak, Sebestian Kurz, li fl-istess ħin qed imexxi l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kanċillier Kurz qal li l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ tiffoka biss fuq l-immigrazzjoni bħala sifda fil-pajjiżi Afrikani, iżda għandu jiġi pprovdut spazju biex tkun żgurata l-prosperità u l-kompetittività fiż-żewġ kontinenti.Aqra aktar

Persuni mir-Renju Unit li jridu jivvjaġġaw lejn pajjiżi tal-UE se jibdew iħallsu €7 żejda

Ċittadini mir-Renju Unit se jkollhom jibdew iħallsu €7 (£6.30) kull tliet snin biex ikunu jistgħu jivvjaġġaw f’pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea.

Dan ikkonfermatu l-Kummissjoni Ewropea fid-dawl tal-ftehim Brexit, li fakkret ukoll li minkejja li persuni mir-Renju Unit mhux se jkollhom bżonn visa biex jivvjaġġaw, se jkollhom bżonn japplikaw għal dokument ġdid mis-sena 2021.Aqra aktar

Malta tixpruna vot favur l-ugwaljanza

19-il membru tal-Unjoni Ewropea, fuq inizjattiva ta’ Malta, iffirmaw dokument informali kontra d-diskriminazzjoni u l-abbuż fuq persuni LGBTI.

Dan id-dokument se jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea l-ġdida li se tkun iffurmata s-sena d-dieħla. Aqra aktar

Malta bl-anqas rata ta’ persuni b’diżabilità fit-tul fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Malta għandha l-inqas rata ta’ persuni b’diżabilità fit-tul fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ċifri maħruġa mill-Eurostat, propju fil-jum iddedikat lill-persuni b’diżabilità, juru kif minkejja li persuna minn kull erbgħa fl-Ewropa ssofri minn diżabilità fit-tul, din ir-rata f’Malta hija biss ta’ 12%. L-istħarriġ tal-Eurostat sar fuq persuni li għandhom aktar minn 16-il sena, u jkopri s-sena 2017.Aqra aktar

Malta b’suq tax-xogħol akbar minn tal-U.E. f’16-il sena

Għall-ewwel darba f’perjodu ta’ 16-il sena, Malta rnexxielha taqbeż il-medja Ewropea ta’ persuni fis-suq tax-xogħol.

Dan joħroġ minn ċifri tal-Eurostat dwar ix-xogħol diċenti u t-tkabbir ekonomiku li juru li għall-ewwel darba sa mill-2001, il-persuni fis-suq tax-xogħol f’Malta li kellhom bejn l-20 u l-64 sena qabżu l-medja tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

Send this to a friend