UE – One News

Notifiki

Xaqq ta’ dawl dwar il-ftehim Brexit?

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson għandu 12-il jum biex iressaq il-pjanijiet tiegħu dwar Brexit lill-Unjoni Ewropea. Dan sostnuh il-Prim Ministru tal-Filandja, Antti Rinne kif ukoll il-President Franċiż Emmanuel Macron. Iż-żewġ mexxejja qablu li r-Renju Unit għandu jressaq il-proposti tiegħu dwar Brexit bil-miktub sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, u jekk dan ma jsirx, ifisser li kollox ikun mitmum. Aqra aktar

Malta se tospita summit bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-UE nhar il-Ġimgħa

Il-Mexxejja ta’ Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja se jkunu Malta nhar il-Ġimgħa li ġej għal summit bejn il-Pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa li se jmexxi l-Prim Ministru Joseph Muscat. L-EUMed7 welldu alleanza bejniethom f’Diċembru tal-2013 biex ikunu indirizzati temi komuni fir-reġjun tal-Mediterran.

L-ewwel summit tal-EUMed7 iltaqa’ f’Settembru tal-2016 f’Ateni, fejn il-mexxejja ddiskutew azzjoni kkordinata dwar il-kwistjoni tat-tkabbir ekonomiku u tas-sigurtà reġjonali.  Summits oħrajn saru f’Liżbona, Madrid u Ruma, bl-aħħar summit jiltaqa’ f’Nicosia aktar kmieni din is-sena, fejn id-diskussjonijiet iffokaw fuq it-tibdil fil-klima, il-migrazzjoni u l-qafas finanzjarju ta’ dan ir-reġjun.Aqra aktar

Casa b’ħajr lill-eks Kapijiet, imma mhux lil Delia

Il-kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa, injora għalkollox lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

F’filmat li tella’ fuq Facebook wara li tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, David Casa kien kostrett jirringrazzja lit-tliet kapijiet preċidenti tal-Partit Nazzjonalista – Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Simon Busuttil.

Iżda naqas milli jsemmi, u ma kellu l-ebda kliem ta’ ringrazzjament, għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Fuq Facebook, Casa reġa’ ta ħajr lil Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Iżda għal darb’oħra naqas milli jagħmel kull referenza għall-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Aktar minn hekk, David Casa faħħar il-ħidma ta’ Fenech Adami, Gonzi u Busuttil. Kiteb li se jwiegħed li se jkompli jonora l-legat tagħhom fil-ħidma tiegħu. Iżda hawn ukoll naqas milli jirrikonoxxi l-ħidma ta’ Adrian Delia. Aqra aktar

Il-Ġappun huwa l-akbar suq barra mill-UE għal Malta

Minkejja li hemm iktar minn 10,000 kilometru f’distanza bejn iż-żewġ pajjiżi, Malta esportat lejn il-Ġappun iktar minn kwalunkwe pajjiż ieħor barra mill-Unjoni Ewropea.

Ċifri tal-Eurostat għall-2018 juru li Malta esportat lejn il-Ġappun b’madwar €149. Dan ifisser li l-Ġappun kien l-iktar pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea li Malta esportat lejh. Wara l-Ġappun ġew Singapor, l-Istati Uniti u Hong Kong.Aqra aktar

Brexit mistenni jkun pospost sat-22 ta’ Mejju li ġej

Il-Mexxejja Ewropej mistennija jaqblu li Artiklu 50, li jiggarantixxi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jiġi estiż sat-22 ta’ Mejju li ġej. Dan kien deċiż waqt is-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, li din is-sena kien iddedikat għat-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex id-data ta’ Brexit, li oriġinarjament kellha tkun id-29 ta’ Marzu, tkun posposta. L-Unjoni Ewropea qalet li l-estensjoni tkun garantita jekk il-Parlament Ingliż f’Westminster japprova l-abbozz dwar Brexit qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li ġej.Aqra aktar

Malta r-raba’ l-aktar pajjiż mill-UE li implimenta rakkomndazzjonijiet tal-KE

Rapport tal-Unjoni Ewropea juri kif pajjiżna huwa r-raba’ l-aktar pajjiż li implimenta rakkomandazzjonijiet tal-Kummisjoni Ewropea fost il-pajjiżi kollha Ewropej. Fil-fatt, mill-2011 ‘l hawn Malta implimentat 82% tar-rakkomandazzjonijiet li l-Unjoni Ewropea għamlet fil-konfront ta’ pajjżna.

L-istess rapport spjega bl-aktar mod kategoriku li l-Gvern ħadem fuq 97% tar-rakomandazzjonijiet b’21% kienu implimentati b’mod sħiħ bil-kumplament sar xogħol sostanzjali fuhqom. Aqra aktar

Jieqfu d-diskussjonijiet dwar Brexit jum qabel vot f’Westminster dwar l-abbozz tat-tluq

Diskussjonijiet dwar Brexit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom ma komplewx, skont l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż f’Downing Street, minkejja li baqa jum biss biex jittieħed vot fil-Parlament Ingliż dwar l-abbozz tat-tluq.

Il-Prim Ministru Theresa May tkellmet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker il-Ħadd filgħaxija wara li jiem ta’ diskussjoni bejn iż-żewġ partijiet ma wasslu għall-ebda soluzzjoni. Dawn id-diskussjonijiet mistennija jkomplu t-Tnejn bil-ħsieb li jkunu ffinalizzati t-tibdiliet meħtieġa qabel il-vot tat-Tlieta f’Westminster.

Ir-Renju Unit mistenni jitlaq b’mod uffiċjali mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ dan ix-xahar.

L-Ewro: proġett politiku li għenet fil-kriżi ekonomika

L-ewro nħolqot bħala proġett politiku u għadu hekk sal-lum, fatt li għen sabiex fi żmien ta’ kriżi ekonomika nstabu soluzzjonijiet malajr.

Qal dan l-ewroparlamentari Laburista Alfred Sant waqt laqgħa pubbliku dwar l-aħħar żviluppi fl-għoxrin anniversarju tal-ħolqien tal-munita unika.Aqra aktar

Brexit: X’ġara u x’se jiġri?

It-Tlieta filgħaxija l-Parlament Ingliż ivvota bil-qawwa kontra l-ftehim maqbul bejn il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

B’202 voti favur u 432 vot kontra, kien hemm oppożizzjoni qawwija għall-ftehim ta’ Brexit. L-ewwel reazzjoni għal dan il-vot wasslet mill-Prim Ministru Theresa May li qalet li filwaqt li tirrispetta d-deċiżjoni tal-vot fil-Parlament, il-vot ma jirriflettix x’iridu ż-żewġ naħat mill-ftehim.Aqra aktar

Send this to a friend