u.e. | One News

Notifiki

Alfred Sant favur iż-żieda ta’ 5% tal-paga minima fl-U.E.

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant qal li jeħtieġ naħdmu biex fuq livell Ewropew il-paga minima nazzjonali tkun aġġustata fl-U.E. biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-pajjiżi nazzjonali. Fejn il-paga minima teżisti fi ħdan il-pajjiżi tal-UE, taħt il-kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli ta’ issa, il-paga minima nazzjonali għandha tiżdied b’tal-inqas 5%. Alfred Sant qal dan waqt id-dibattitu ‘Dħul Minimu għal Ewropa ġusta: dritt taċ-ċittadini’ fil-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Malta bl-ikbar żieda ta’ tfal f’childcares fl-U.E.

Pajjiżna esperjenza l-ikbar żieda fl-ammont ta’ tfal taħt it-tliet snin, li ġew miktuba b’mod uffiċjali f’childcare centre fl-Unjoni Ewropea. Dan minkejja li f’pajjiżna, l-ikbar raġuni fost nisa li għażlu li ma jagħmlux dan, kienet li jixtiequ li jrabbu lit-tfal huma stess.

F’rapport tal-Kummissjoni Ewropea imlaqqam il-Barcelona Objectives, li lura fl-2011 issettja għadd ta’ miri, fosthom dik li pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandu jkollhom terz tat-tfal fl-età ta’ taħt it-tliet snin li huma miktuba, pajjiżna ġie deskritt bħala wieħed li għamel passi kbar ‘l quddiem f’dan il-qasam.Aqra aktar

L-aħħar wieħed ta’ Juncker

Il-President tal-KE għandu quddiemu State of The Union fi żmien ta’ sfidi kbar…

Nhar l-Erbgħa li ġej il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker se jkun qed jagħmel diskors magħruf bħala State of The Union. Diskors maħsub biex il-President tal-Kummissjoni Ewropea jitkellem fuq l-istrateġija u l-viżjoni għaż-żmien li ġej. Din id-darba d-diskors se jsir fi żmien mhux faċli għall-Unjoni Ewropea u jista’ jkun ukoll wieħed mill-mumenti li jiddefinixxi lil Jean Claude Juncker u t-tmexxija tiegħu hekk kif dan hu l-aħħar wieħed. Huwa wkoll diskors qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla li fuq livell Ewropew mistennija jibagħtu messaġġ ta’ x’direzzjoni jridu ċ-ċittadini tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. It-tema tas-sena l-oħra kienet “Iktar Magħqudin, B’saħħitna u Unjoni Iktar Demokratika”.  F’dak id-diskors kien tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea tista’ tiżviluppa sal-2025.Aqra aktar

Konferma: Malta bl-ikbar żieda fit-tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-U.E.

Informazzjoni li għadha kif ippubblikat il-EUROSTAT turi li bejn April u Ġunju, Malta kellha l-ikbar żieda fit-tkabbir ekonomiku mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur tal-2018.

Il-EUROSTAT qalet li Malta kellha l-ikbar tkabbir ta’ 1.9%, segwita mill-Estonja u r-Rumanija li raw tkabbir ekonomiku ta’1.4%.

Aqra aktar

Send this to a friend