twitter – One News

Notifiki

“X’hemm isbaħ?” – Joseph Muscat

Il-Prim Minsitru ta’ Malta, Joseph Muscat, f’messaġġ fuq Twitter kiteb “x’hemm isbaħ għal Malta li tiċċelebra l-ewwel ta’ Mejju bl-ogħla livell ta’ impjieg, l-inqas rata ta’ qgħad u żieda fil-paga minima.”

Dawn huma ftit mill-kisbiet ta’ Gvern Laburista tul dawn l-aħħar erba’ snin ta’ tmexxija. Filfatt kien propju ftit tal-jiem ilu li ġie ffirmat il-qbil li se jkun qed iwassal biex madwar 5,000 persuna li bħalissa qed jitħallsu b’paga minima se jkunu qed jingħataw żieda ta’ €8 fil-ġimgħa mill-2019. Kisba li żgur mhux forsi se tkun qed titniżżel fil-paġni tal-istorja ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Daqs dawk kwistjonijiet fid-dinja, u żagħżugħ jagħmel suċċess kbir biċ-CHICKEN NUGGETS

Żagħżugħ Amerikan għamel waħda minn tiegħu. Fuq twitter staqsa lil ditta partikolari tal-fast food jgħidulu kemm irid ikollu retweets sabiex jieħu chicken nuggets b’xejn. Dawn wieġbuh u qalulu li jrid ikollu 18 miljun retweet. Carter Wilkerson ma qatax qalbu. Kiteb appell għal retweets u f’radda ta’ salib laħaq il-miljun. Issa aktarx li din it-tweet tiegħu ssir l-aktar waħdar retweeted fl-istorja ta’ twitter. Taqbeż tweets ta’ politiċi, appelli importanti, ritratti tal-Oscars, u ħafna tweets oħra.

Ara x’taħseb.

Aqra aktar

‘Sick joke’ – Saviour Balzan wara d-difiża tal-PN għal DCG

“Il-mibgħeda u l-attakki personali u l-istejjer mhux verifikati matul is-snin li nvolvew persuni innoċenti familji u t-tfal huma parti mid-demokrazija. What a Sick Joke.”

Hekk kiteb Saviour Balzan, editur maniġerjali tal-maltatoday, wara li l-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija jaqbeż għal Daphne Caruana Galizia li ffaċjat proċeduri legali mid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Caronda.

Balzan żied li meta James Debono u hu kienu mġiegħla jħallsu €25,000 lill Peter Fenech, avukat tal-Partit Nazzjonalista, ħadd ma tħasseb u saħaq li hu u Debono huma ġurnalisti.

Fuq kollox, Balzan kiteb kif Mario Frendo talbu kumment għal NET TV li mbagħad ma kienx imxandar fuq l-istazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. “Il-verità mhix prerogattiva tal-partiti,” kkumment Balzan fuq twitter.

#Malta waħda mill-iktar użati fuq Twitter

Malta fost l-iktar popolari fuq Twitter, dan hekk kif tinsab propju fit-tielet post bħala l-aktar li saru tweets dwarha. Pajjiżna huwa t-tielet l-aktar popolari fuq twitter, jiġifieri li dwaru n-nies tkellmu u użaw il-kelma Malta fi tweets tagħhom.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru rreġistra bħala donatur tal-organi

Leading by example. Hekk juri messaġġ flimkien ma’ ritratt li kiteb il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat fuq Twitter, fejn ħabbar li hu għadu kif iffirma biex isir donatur tal-organi.

Il-Prim Ministru temm il-messaġġ tiegħu kif “att ċkejken jaf ikun ta’ differenza.”

Aqra aktar

Send this to a friend