twissija – One News

Notifiki

L-MFSA bi twissija dwar entità li tgħid li topera minn indirizz f’Malta

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-MFSA, qed twissi dwar kumpanija FXNobels li qed tgħid li qed topera minn indirizz f’Malta. L-entità forex brokerage, li tippermetti lill-konsumaturi li jbiegħu u jixtru forex, CFDSs, stocks u muniti virtwali fuq l-internet, mhux qed topera minn Malta, u lanqas hija liċenzjata jew awtorizzata mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ investimenti finanzjarji lill-konsumaturi.Aqra aktar

Riħ qawwi mistenni jaħkem lil Malta llum

L-Uffiċċju Meterjoloġiku f’Malta qed iwissi dwar riħ qawwi li mistenni jaħkem Malta u Għawdex tul il-jum.

Dan filwaqt li mistennija xi ħalbiet iżolati tax-xita minn ħin għall-ieħor.

It-twissija dwar riħ qawwi se tibqa’ fis-seħħ sa’ tard illejla.

Riħ qawwi se jaħkem lil Malta llejla

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi li se jaħkem il-gżejjer Maltin illejla.

It-twissija se tibqa’ fis-seħħ sas-sigħat bikrin ta’ għada filgħodu.

Tiekolx dan il-prodott

Il-pubbliku qed ikun imwissi biex ma jikkunsmax il-prodott li jidher fir-ritratt minħabba li nstab ikkontaminat bil-mikrobu Bacillus cereus.

Isem tal-prodott: Mix 5 Cereali precotti
Ditta: In forma Carrefour
Numru tal-lott: 290220
Data tad-durabbilità: 29/02/2020
Użin: 500g

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Iwissu dwar ħaddiem li għamel xogħol ħażin fuq membrane

Id-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur ħarġet twissija dwar Eman Zammit wara li dan għamel xogħol ħażin ta’ membrane. Il-każ ħareġ fil-beraħ wara li mara li ħaded sussidju ta’ €360 mill-Awtorità tad-Djar biex tirranġa d-dar, sarilha xogħol ħażin fuq il-membrane. Aqra aktar

Send this to a friend