twelid – One News

Notifiki

Malta – mal-ewwel 10 għal twelid mit-teens

Statistika maħruġa mill-Eurostat tikklassifika lil Malta fl-10 post minn 31 pajjiż, meta niġu għar-rata ta’ trabi li twieldu minn ġenituri taħt id-19-il sena. Fis-sena 2015 f’Malta b’kollox kellna rata ta’ 4.3% li tfisser 95 wild mingħand ommijiet li l-età tagħhom tvarja bejn l-14 u d-19-il sena.

B’kollox fl-Unjoni Ewropeja twieldu 2,338,013 tarbija fis-sena 2015 u minn dawk 92,926 minnhom twieldu minn ommijiet taħt id-19-il sena. Allura l-medja Ewropea hija dik ta’ 3.97%.

Aqra aktar

Ir-rata ta’ fertilità f’Malta inqas mill-medja tal-UE

  • Tnaqqis fir-rata ta’ fertilità f’Malta
  • L-età medja ta’ nisa li saru ommijiet għall-ewwel darba hi ta’ 29 sena

Fl-2015, 5.103 miljun tarbiha twieldu fl-Unjoni Ewropea, fejn fis-sena 2001 twieldu 5.063 miljun tarbija. Din l-informazzjoni ħarġet minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fejn wriet li fost il-membri stati, Franza għandha l-għola rata ta’ twelid, b’799,700 fl-2015, wara nsibu r-Renju Unit b’776,700 wild, l-Italja b’458,800 wild, Spanja b’418,400 wild u l-Polonja b’369,300 wild.

Filwaqt li l-medja tal-Unjoni Ewropea wriet żieda, il-medja tar-rata ta’ fertilità f’Malta naqset fejn fil-waqt li fl-2001 kienet ta’ 1.48 u fl-2015 niżlet għal 1.45.

Aqra aktar

Liam l-ewwel tarbija li laqa’ l-2017 f’Mater Dei

Liam Borg huwa l-ewwel tarbija li ftit wara t-tokki ta’ nofs il-lejl fetaħ għajnejh u laqa’ l-2017.

Imwieled fis-01:03, Liam huwa l-ewwel wild ta’ Patrick u Bridget.

Wara li għadda l-lejl, twieldu żewġt ibniet. Fis-06:45 twieldet Jade – it-tieni wild għal Sandra u Frank Darmanin.

Aqra aktar

Imma Ġesu meta twieled?

Ħafna minna qatt ma kellna xi dubju dwar il-ġurnata li fiha twieled Ġesù Bambin, għax hekk konna mgħallma skont it-tradizzjonijiet Insara tagħna. Imbagħad meta kbirna sirna nafu li din hija biss it-tifkira tat-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Rigward d-data eżatta ta’ meta seħħ dan it-twelid l-istudjużi tal-ġrajja tal-Milied għadhom mhumiex ċerti.

 Skont drawwa popolari aħna ngħidu li t-twelid ta’ Ġesù sar fil-25 ta’ Diċembru. It-Testment il-Ġdid ma jagħti l-ebda data jew sena għat-twelid ta’ Ġesù. L-ewwel Evanġelju li nkiteb madwar is-sena 65 WK, dak ta’ San Mark, jibda bil-magħmudija ta’ Ġesù bħala adult. Dan jindika li l-ewwel Insara jew ma kellhomx tagħrif dwar it-twelid ta’ Ġesù, jew inkella ma kellhomx interess dwar id-data tat-twelid tiegħu.

Id-data tat-twelid ta’ Kristu ġiet stabbilita minn Dionysius Exiguus li kien patri f’monasteru f’Ruma. Fl-era Rumana, is-snin kienu jiġu kkalkulati anno urbis conditae (A.U.C.) jiġifieri mit-twaqqif tal-Belt ta’ Ruma. Din baqgħet is-sistema numerika li kienet tintuża mill-kittieba tal-istorja Rumana biex ikejlu n-numru ta’ snin. Hekk A.U.C. kienet tfisser is-sena li fiha l-belt ta’ Ruma ġiet imwaqqfa. Dijonisju jgħidilna li l-ewwel Imperatur Ruman  Awgustu rrenja għal 40 sena (27 qabel Kristu – 14 wara Kristu) u li warajh irrenja Tiberju (14 wara Kristu – 37 wara Kristu).

Aqra aktar

Ir-razza umana qed tevolvi – aktar trabi jkollhom jitwieldu b’ċesarja

L-użu regolari ta’ ċesarji fit-twelid qed iwassal għal impatt fuq l-evoluzzjoni umana.

Riċerkaturi fl-Awstrija qed josservaw li aktar ommijiet għandhom bżonn ċesarja minħabba d-daqs tal-pelvis. Każijiet fejn tarbija ma tkunx tista’ tgħaddi mill-kanal li trid tgħaddi minnu biex titwieled żdiedu: minn 30 f’kull elf twelid fis-sittijiet għal 36 f’kull elf  illum-il ġurnata.

Lura fl-istorja, din it-tip ta’ ġenetika ma kinitx tkun trażmessa għaliex każijiet hekk kienu jirriżultaw f’imwiet waqt it-twelid; kemm tal-omm kif ukoll tat-tarbija.

Hu mifhum li issa li din it-tip ta’ ġenetika, fejn omm ikollha pelvis dejjaq, qed tintiret, qed ikun hemm bżonn aktar ċesarji.

Joperaw tarbija fil-ġuf biex ineħħu tumur

Fis-sittax-il ġimgħa ta’tqala, Margaret Boemer marret tagħmel ultrasound l-isptar, tat-tielet wild tagħha. Iżda kellha tkun aħbar ħażina li ebda omm ma tkun trid tisma’, hekk kif it-tobba sabu tumur li kien qed jikber f’parti tad-dahar tat-tarbija.
Aqra aktar

Ira, Sean u Harry

Dan ir-ritratt ta’ Ira Losco u Sean Gravina tela’ fuq Instagram ftit ilu. Għalkemm wiċċ iċ-ċkejken Harry ma’ jidhrix, il-ħlewwa tar-ritratt qed tisraq il-qlub.

Aqra aktar

Send this to a friend