Turkija – Page 7 – One News

Notifiki

Iddikjarat stat ta’ emerġenza fit-Turkija

Il-President Tork Erdogan iddikjara stat t’emerġenza fit-Turkija għat-tliet xhur li ġejjin.

Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet falla l-attent ta’ kolp ta’ stat mill-qawwa militari. Meta kien qed jitkellem fil-Palazz Presidenzjali f’Ankara, Erdogan wiegħed li se jkun qed “inaddaf” l-armata.Aqra aktar

Aġġornat l-avviż ta’ vjaġġar minn u lejn it-Turkija

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin appella biex qabel ma ċittadini Maltin isiefru minn u lejn it-Turkija, jivverifikaw u jikkonfermaw it-titjira tagħhom mal-linja tal-ajru jew l-operatur tal-ivvjaġġar.

Wissa wkoll biex il-passiġġieri jaħsbu kmieni ħalli jmorru l-ajruport fid-dawl ta’ miżuri ġodda ta’ sigurtà li qed jieħdu iżjed fit-tul. Is-sitwazzjoni fit-Turkija jidher li qed tikkalma xi ftit wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.Aqra aktar

Evakwat il-Parlament Tork

Membri Parlamentari Torok ġew evakwati mill-Parlament f’Ankara wara aħbar ta’ attakk imminenti beda jiċċirkola fil-midja Torka.

Il-Bini tal-parlament jinsab magħluq għal kollox bil-forzi tas-sigurta jinvestigaw l-inħawi tal-madwar.

Il-Pajjiż kien protagonist tal-aħbarijiet madwar id-dinja fl-aħħar jiem wara attentat ta’ Kolp ta’ Stat il-Ġimgħa filgħaxija. Riżultat ta’ dan mas-sitt mitt membru tal-militar Tork qed jinżammu fil-kustodja tal-pulizija.

Aqra aktar

Nitkellmu ma’ Malti li wasal mit-Turkija

Il-kolp ta’ stat, jew aħjar l-attent tiegħu, fit-Turkija wassal għal sitwazzjoni kaotika fil-pajjiż, inkluż fl-ajruport ta’ Istanbul. Kienu mijiet, inkluż Maltin li ma setgħux ikomplu jivvjaġġaw wara li l-maġġorparti tat-titjiriet ġew ikkanċellati, bis-sitwazzjoni tibda tiġi għan-normal u l-ewwel titjiriet minn Istanbul isiru bejn ilbieraħ u llum.

Aqra aktar

Titjiriet imħassra, iżda wħud iridu jmorru

Wara lejl ta’ konfużjoni fit-Turkija, l-impatt inħass f’Malta ukoll hekk kif titjira lejn Istanbul kienet kanċellata. ONE NEWS iltaqa’ ma’ Michaela Pace li llum kienet tiela t-Turkija biex tkompli riċerka fuq il-Psikoloġija.

Aqra aktar

Instabbiltà perikoluża

Matul il-lejl li għadda d-dinja assistiet għall-attentat ta’ kolp ta’ Stat minn sezzjoni tal-militar Tork. Ftit siegħat wara t-traġedja ta’ Nizza, il-kontinent Ewropew kellu jerġa’ jassisti għat-tixtrid tad-demm ta’ ċittadini innoċenti. Għalkemm iż-żewġ avventiment ma jidhrux relatati, xorta waħda għandhom effett komuni – il-mewt u biża’ fost il-poplu.

Aqra aktar

Send this to a friend