Turkija – Page 6 – One News

Notifiki

Il-Parlament Ewropew jivvota biex iwaqqaf lit-Turkija milli tidħol fl-UE

Il-Parlament Ewropew ivvota biex jitwaqqfu il-pjanijiet li ilhom jiġu mħejjija biex it-Turkija tidħol fl-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni aktarx ġiet bħala rispons għar-ripressjoni t’Ankara tal-oppożizzjoni politika u l-midja indipendenti li bdiet f’Lulju wara li falla l-kolp ta’ stat.

479 Membri Parlamentari Ewropew ivvutaw favur il-mozzjoni biex jiġu emendati r-relazzjonijiiet ta’ UE-Turkija, b’37 kontra u 107 li astejnew.

Aqra aktar

L-Ewropa se ssabbat il-bieb f’wiċċ it-Turkija?

Nhar it-Tlieta li ġej membri Ewroparlamentari se jiddibattu jekk għandux ikun imwaqqaf immedjatament il-proċess ta’ tkabbir tal-Unjoni li jinkorpora ftehim mat-Turkija.

Membri fi ħdan il-Parlament se jkunu qed jivvotaw favur jew kontra riżoluzzjoni, b’ħafna jinsistu li kunċetti fundamentai bħas-saltna tad-dritt (rule of law), id-drittijiet umani, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà fil-mezzi tax-xandir u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni mhumiex suġġetti li dwarhom wieħed għandu jinnegozja.

Il-patt ta’ migrazzjoni mat-Turkija sospiż

Partijiet mill-ftehim dwar l-immigrazzjoni bejn il-Turkija u l-Unjoni Ewropea ġew sospiżi hekk kif numru ta’ Pulizija u uffiċjali Torok tneħħew minn posthom fil-gżejjer Griegi.

Isostni dan Vincent Cochetel, id-direttur tal-Aġenzija tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda fl-Ewropa, li nnota kif wara l-kolp ta’ stat li falla fit-Turkija, Pulizija Torok stazzjonati l-Greċja għall-missjoni ta’ kontroll tal-migrazzjoni, issejħu lura pajjiżhom.

Il-ftehim bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea intlaħaq f’Marzu biex jikkontrolla l-migrazzjoni lejn l-Ewropa, permezz tad-deportazzjoni lura lejn it-Turkija ta’ dawn l-immigranti. Ftehim li bih it-Turkija kienet imwiegħda sitt biljun ewro biljun fost benefiċċji oħra.

Aqra aktar

Avvanzi mit-Turkija f’art Sirjana

Diversi tankijiet tal-Gwerra mit-Turkija qassmu l-fruntieri Sirjani wara sensiela ta’ bombi fl-inħawi fis-Sirja maħkuma mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku.

Sorsi militari kkonfermaw li 70 post li kienu mira fl-inħawi ta’ Jarablus tfarrku waqt 12-il attakk mill-ajru.  Ribelli Sirjani ukoll assistaw f’ dan fl-avvanz Tork. Il-President Erdogan qal li l-operazzjoni kienet immirata li teqred kemm ġellieda Kurdi kfi ukoll mill-Istat Iżlamiku.

Dan l-attakk isegwi ieħor fuq il-Kurdi Sirjani kmieni din Il-Ġimgħa biex jiwaqqfu milli dawn jaħkmu iktar inħawi tal-pajjiż. Fl-istess waqt, pulizija f’Istanbul bdew tfittxijiet intensivi biex jinqabdu persuni ssuspettati li jagħmlu parti mill-Istat Iżlamiku.

 

Il-kirjiet fuq l-aġenda tal-Gvern

It-tħassib ta’ diversi familji minħabba l-kirjiet li qegħdin jgħolew huwa fl-aġenda tal-Gvern. Tkellem dwar dan il-Prim Ministru, Joseph Muscat, meta kien qed jiehu sehem fil-programm Għandi Xi Ngħid.

Spjega kif filwaqt li sa erba’ snin ilu l-ikbar tħassib kien jirriżulta mill-kontijiet tad-dawl u l-ima, illum huma diversi dawk li qed jinkwetaw kif se jlaħħqu mal-kirja tal-post tagħhom. Aqra aktar

Send this to a friend